Luke Montebello u Fabio Muscat jingħaqdu ma’ AS Livorno

Monday, August 1, 2011, 17:57

minn Cristian Muscat

Żewġ plejers żgħażagħ promettenti Maltin – Luke Montebello, prodott ta’ B’kara Youth Nursery kif ukoll Fabio Muscat, prodott ta’ Valletta fil-jiem li għaddew marru l-Italja fejn ingħaqdu mal-akkademja taż-żgħazagħ ta’ Livorno fir-reġjun tat-Toscana.

Montebello u Muscat huma t-tnejn plejers internazzjoanli ta’ taħt is-17 -il sena. Montebello li beda jittrenja man-nursery ta’ Bkara FC sa mill-eta’ tenera ta’ hames snin iffirma kuntratt ta’ sentejn ma’ Livorno fejn apparti milli se jkollu żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ mal-klabb kuljum, huwa se jkun ipprovdut ukoll b’edukazzjoni akkademika biex huwa jibqa’ jsegwi l-istudji li kien għaddej bihom ġewwa Malta.

Kien propju waqt logħba internazzjonali li ż-żewġ plejers ġibdu l-interess tal-iscouts ta’ Livorno. Grazzi għall-kap eżekuttiv tal-MFA Bjorn Vassallo, kuntatti ġew stabbiliti, biż-żewġ plejers Maltin jigu offruti prova fil-faċilitajiet tat-taħriġ ta’ AS Livorno, fejn huma kienu involuti f’żewġ logħbiet b’ Montebello jpoġġi ismu fil-lista tal-iskorers fiż-żewġ logħbiet li huma.

Min-naha taghhom Birkirkara FC u n–nurersy ta’ Birkirkara immedjatament irrikonoxxew li din kienet opportunita’ tad-deheb għall-istriker żagħżugħ u wara li n-negozjati neċessarji ġew milħuqa, Montebello ingħaqad ma’ AS Livorno.

Luke Montebello iltaqa’ mal-kumitat tan-nursery biex jirringrazzja lill-istess kumitat, il-kowcis u l-plejers kollha li magħhom kellu l-pjaċir li jilgħab fis-snin li dam ma’ Bkara. In-nursery ippreżentatlu memento u awgurat lil Montebello kull suċċess għal din l-avventura ġdida fil-ħajja tiegħu kif ukoll għall-karriera futura tiegħu fil-futbol.

Min-naħa l-oħra l-familja Muscat irringrazzjat lis-CEO tal-MFA Bjorn Vassallo, lil Frans Tabone mill-MFA, il-kumitati ta’ Valletta FC kif ukoll tan-nursery ta’ Valleta, l-istaff tekniku tat-tim tal-kbar, il-kowċis kollha tan-nursery, lis-sur Stephen Chircop kif ukoll lill-President ta’ Valletta Victor Sciriha għall-koperazzjoni u l-assistenza tagħhom biex b’ hekk il-holma ta’ Fabio Muscat setgħet tiġi realta’.





1 Comment

  1. mjane says:

    BONGU MALTA!!!  THIS NEWS WAS ON NEWSPAPERS AND CALCIOMETCATO.COM LAST WEEK

    [Reply]

Leave a comment