Loyola jirbħu l-kampjonat ta’ taħt it-23 sena tan-nisa

Tuesday, February 28, 2012, 20:55

minn Colin Schembri

Kampjonat Under 23 Nisa

Loyola 48

Honey Athleta 44

(2-16)(16-14)(15-8)(15-6)

 

L-ewwel kampjonat ta’ taħt it-23 sena tan-nisa li ġie ntroddot dan l-istaġun mill-MBA intrebaħ minn Loyola li f’finali kumbattuta għelbu lil Honey Athleta 48-44. Wara li fl-ewwel fażi Athleta, Loyola, Depiro u Luxol spiċċaw fl-ewwel erba’ postijiet, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet intlagħbu l-playoffs ta’ dan il-kampjonat. Fis-semifinali li saru s-Sibt, Athleta għelbu lil Luxol 47-28 fil-waqt li Loyola għelbu lil Depiro 54-45. Il-bidu tal-partita kien kollhu f’idejn Athleta li mmexija minn Leanne Sciberras fetħu bl-ewwel tlettax il-punt fl-ewwel 6 minuti. Ir-risposta ta’ Loyola ġiet minn basket ta’ Kristy Tonna pero Athleta għalqu s-sessjoni 16-2 minn fuq wara trippla ta’ Kelly Busuttil. Fit-tieni perjodu bdiet ġejja r-rimonta ta’ Lyola li wara trippla ta’ Jean Doughty u punti ta’ Emma Moore naqqsu d-distakk għal 5 punti 15-20. Punti minn Francesca Farrugia u Busuttil taw ftit tan-nifs lil Athleta u wara li Christina Grima wieġbet għal Loyola, Athleta għalqu s-sessjoni b’baskets ta’ Lonnecke Calleja biex daħlu jistrieħu 30-18 minn fuq.

Athleta fetħu t-tielet sessjoni bi trippla oħra minn Sciberrras pero’ hawn Loyola għamlu break ta’ 8-0 biex reġgħu waslu 7 punti ‘l bogħod 26-33. Sciberras għamlet trippla oħra pero’ hawn waslu diversi punti minn Grima għal Loyola biex huma bdew l-aħħar sessjoni 5 minn taħt 33-38. Fl-aħħar sessjoni Athleta bdew ibatu biex jagħmlu l-punti u Loyola approfittaw biex wara li ppareġjaw b’basket ta’ Tonna, żewġ baskets ta’ Martha Gatt tawhom il-vantaġġ 44-38. Hawn waslu l-ewwel punti ta’ Athleta għal darb’oħra minn Sciberras pero Grima wieġbet għal Loyola. Sciberras għamlet trippla oħra biex Athleta baqgħu jittamaw pero’ l-ħin kien kontra tagħhom u Loyola ssiġilaw ir-rebħa bi free-throws ta’ Grima biex rebħu l-partita 48-44. Fi tmiem il-partita l-President ta’ l-MBA Paul Sultana ppreżenta t-tazza lil Jean Doughty captain ta’ Loyola.

 

Loyola  : E. Moore 7, J. Doughty 3, M. Gatt 6, C. Grima 23, P. Montaro, F. Camilleri, K. Tonna 9.

Athleta: C. Ciantar 3, L. Calleja 4, L. Sciberras 26. G. Muscat, R. Sciberras, F. Farrugia 4, K. Busuttil 5, C. Mifsud 2.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani.

 





1 Comment

  1. louis mizzi says:

    prosit at team tal loyola. champions tal u23 nisa.

    never expected to see depiro out of the final game vs athleta.

    on the other hand what a comeback loyola went through to win this u23 from third place to the top spot.

    [Reply]

Leave a comment