Loyola Champions għat-tieni sena konsekuttiva

Monday, May 6, 2013, 17:54

KAMPJONAT IRĠIEL TAĦT IT-23 SENA

minn Colin Schembri

Luxol 48

Loyola 61

(9-22)(16-4)(10-16)(13-19)

It-team ta’ Loyola rebħu l-kampjomnat ta’ taħt it-23 sena għat-tieni sena konsekuttiva meta fil-finali għelbu lil Luxol 61-48.  Biex għaddew għal finali, Luxol għelbu lil Athleta 64-54 fil-waqt li Loyola kellhom rebħa faċli fuq Depiro 94-30. Luxol temmew l-ewwel fażi tal-istaġun fl-ewwel post tal-klassifika bi 23 punt b’Loyola eżatt warajhom bi 22. Iż-żewġ timijiet kellhom diversi players li jilgħabu fl-ewwel diviżjoni. Kienu Loyola li ħadu l-ewwel vantaġġ wara baskets minn Anton Axiaq u Stefan Vella b’Tom Paris iwieġeb għal Luxol. Wara baskets fuq kull naħa, Loyola kellhom run ta’ 10-4 b’punti minn Billy Zammit, Axiaq u Vella biex temmew l-ewwel perjodu 22-9 minn fuq. Loyola kabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni wara baskets minn Luke Azzopardi u Axiaq 26-11. Hawn però Loyola waqfu u Luxol għamlu run qawwija ta’ 14-0fejn kellhom it-trippli ta’ CJ Cordina, JP Schembri u punti minn Nikola Vasovic u Paris biex sal-intervall naqqsu d-distakk għal punt 25-26.

Fit-tielet perjodu Loyola reġgħu kabbru l-vantaġġ wara iktar punti minn Axiaq u Zammit 31-26. Vasovic wieġeb għal Luxol però Zammit kellhu l-ewwel trippla tiegħu biex Loyola kienu 34-28 minn fuq. Hawn Luxol reġgħu naqqsu d-distakk għal basket 34-36 iżda pronta kienet ir-risposta ta’ Loyola għal darb’oħra bi trippla ta’ Zammit u baskets ta’ Axiaq u Vella biex sa’ tmiem it-taqsima kellhom vantaġġ ta’ seba’ punti 42-35. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni, Loyola bdew b’run ta’ 6-0 b’basket ta’ Zammit u punti minn Sean Borg. Luxol wieġbu b’basket ta’ Stefan Capello u Vasovic qabel ma Loyola għamlu sitt punti oħra minn Axiaq u Zammit. L-aħħar sforz tal-Luxol reġa’ wassalhom sa’ erba’ punti ‘l bogħod mill-avversarji wara sitt punti ta’ Vasovic u trippla ta’ Cordina. Dawn però kienu l-aħħar punti ta’ Luxol għax trippla ta’ Zammit fetħet run finali ta’ 9-0 minn Loyola biex rebħu l-partita 61-48. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-tazza lil captain ta’ Loyola Stefan Vella.

Luxol: CJ Cordina 10, I. Zammit, J. Willoughby, A. Micallef Trigona 3, A. Said, JP Schembri 9, N. Vasovic 16, T. Paris 8, E. Bonello, M. Attard Montalto, S. Cappello 2.

Loyola: V. Nikolic, B. Zammit 26, M. Grech, S. Borg 5, L. Azzopardi 2, S. Vella 7. A. Axiaq 21, C. Borg, M. Fenech, D. Borg, D. Pisani.

Referees:  Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.





1 Comment

  1. LA JGHOLA says:

    Would like to say Well Done to our colleague Mark Grech for winning the under 23 Championship.

    [Reply]

Leave a comment