Louis Cutajar se jirrizżenja…deċiżjoni stramba

Monday, February 11, 2013, 18:50

minn Josef Galdes

Żgur li ħadd ma kien qed jistenna r-riżenja tal-coach ta’ Marsaxlokk Louis Cutajar. Din l-aħbar ħarġet kmieni illum fejn Cutajar wasal biex ħa din id-dediżjoni minħabba raġunijiet personali.

Marsaxlokk kienu għaddejjin tajjeb fil-kampjonat tal-ewwel diviżjoni fejn minkejja li huma jinsabu fil-ħames post tal-klassifika jinsabu biss tlett punti taħt il-leaders Naxxar. Taħt Cutajar Marsaxlokk soffrew biss tlett telfiet u akkwistaw xejn inqas minn seba’ rebħiet. Din id-deċiżjoni ħasdet mhux ftit lil kamp xlukkajr, speċjalment f’din il-fażi tal-kampjonat fejn kull punt jiswa’ deheb fiż-żona promozzjoni.

Marsaxlokk mistennija li jaħtru lil Alfred Attard li ser jieħu t-tmun tat-team f’idejh. Attard ser imexxi l-iskwadra għall-kumplament tal-istaħun bl-objettiv prinċipali mhux se jkun ir-rebħ tal-kampjonat u l-anqas il-promozzjoni minħabba li għalissa Marsaxlokk ma jaffordjawx il-Premier.

 





Leave a comment