Lotta: Għal sena oħra il-Federazzjoni Maltija Lotta organizzat it-tournament internazzjonali

Sunday, December 7, 2014, 10:59

Wales rebħu t-tournament internazzjonali organizzat mill-Federazzjoni Maltija Lotta bi tlett midalji tad-deheb, waħda fidda u waħda bronz bit-tim nazzjonali Malti jikseb it-tieni post fil-klassifika b’żewġmidalji tad-deheb, tlieta fidda u tnejn bronz. Fit-tielet post spiċċaw l-Irland ta’ Fuq b’waħda deheb, waħda fidda u tnejn bronz. Ħadu sehem ukoll Bradford u l-Iżvizzera.

Adam Vella ikkonferma li huwa l-aqwa atleta bħalissa f’Malta meta rebaħ il-kategorija tal-65kg b’rebħiet kontra Tom Nelson, Matthew Azzopardi u Kane Craig. Fl-aħħar ġlieda tiegħu kontra Craig, Vella rebaħ 6-5 bil-punti f’kumbattiment eċċitanti fejn l-atleta minn Wales għamel rimonta tajba imma l-atleta Malti żamm sod fl-aħħar ftit sekondi biex kiseb id-deheb.

Fil-kategorija tal-74kg, David Galea kellu jikkuntenta bit-tieni post wara li tilef il-finali kontra Tommy Hawthorn ta’ Wales. L-avversarju mill-Gran Brittanja kien f’vena mill-aqwa u rebaħ il-ġlieda b’serje ta’ holds tajbin b’kull waħda tiswa żewġ punti.

Galea li kien qed jirritona minn injury li ħallitu il-bogħod mit-tapit diversi ġimgħat kellu tournament tajjeb b’rebħiet kontra Mark Connor tal-Irland ta’ Fuq, Dean Holland ta’ Wales u Matthew Eyon ta’ Wales ukoll biex b’hekk rebaħ il-Grupp tiegħu. Hawthorn ta’ Wales għamel l-istess fil-grupp tiegħu biex b’hekk iż-żewg atleti iltaqgħu fil-finali.

Gary Giordimaina kompla bil-wirjiet tajbin tiegħu billi rebaħ il-kategorija tal-57/61kg b’żewg rebħiet konvinċenti waħda kontra Joe Emery ta’ Bradford u l-oħra kontra l-kompatriott Jack Attard.

Fil-kaegorija tat-86kg, Abraham Vassallo kellu rebħa tajba kontra Jason Kerr tal-Irlanda ta’ Fuq iżda imma sabha iebsa kontra Salman Malitsaeb ta’ Wales li rebaħlu bil-punti biex b’hekk Vassallo kiseb il-midalja tal-fidda.

Waħda mill-aqwa ġlidiet kienet dik tal-kategorija kombinata tas-70kgs tal-Juniors li fiha Mark Galea rebaħ lil Rhys Clarke ta’ Wales 20-15. F’ħin minnhom Galea kien qieghed 10-1 minn fuq u kien jonsqu biss punt biex jirbaħ il-ġlieda imma l-avversarju tiegħu beda jirbaħ il-punti u kien biss fl-aħħar minuta li l-Malti rebaħ erba punti mportanti sabiex jaċċerta mir-rebħa.

Fil-finali kien il-lottatur minn Wales Bobby Singh li rebaħ lil Galea f’kumbattiment bilanċjat biex b’hekk l-atleta minn Wales rebaħ il-midalja tad-deheb.

 

 

 

 

 

Ir-Riżultati Kollha kienu dawn:

 

57kg Combined

 

1. Gary Giordimaina – Malta

2. Joe Emery – Bradford

3. Jack Attard – Malta

 

65kg

1. Adam Vella – Malta

2. Kane Craig – Wales

3. Tom Nelson – Wales

 

70kg Junior Combined

1. Bobby Singh – Wales

2. Mark Galea – Malta

3. Andrew Purcell – Northern Ireland

74kg

1. Tommy Hawthorn – Wales

2. David Galea – Malta

3. Mark Connor – Northern Ireland

86kg

1. Salman Malitsaeb – Wales

2. Abraham Vassallo – Malta

3. Jason Kerr – Northern Ireland

97kg

1. Hugh McLoskey – Northern Ireland

2. Jonathan Gioroud – Switzerland

3. Mahmoud Faisal – Malta

120kg

1. Gregory Martinetti – Switzerland

2. Gavin Warrington – Northern Ireland

3. Richard Tuke – Bradford





Leave a comment