10 atleti f`sitt dixxiplini

Thursday, June 13, 2013, 15:01

Kontingent ta’ 10 atleti f’sitt dixxiplini fi hdan il-Kumitat Olimpiku Malti se jiehu sehem fis-17 l-Edizzjoni tal-Loghob tal-Mediterran li ghandhom isiru bejn L-20 ta’ Gunju u t-2 ta’ Lulju f’Mersin fit-Turkija.

Mill-ewwel edizzjoni tal-Loghob li saru fl-1951 f’Lixandra fl-Egittu, Malta hija wiehed mill-pajjizi li dejjem hadet sehem f’dan il-Loghob. L-ewwel medalja mirbuha minn Malta f’dan il-Loghob kienet dik tal-bronz mit-tiratur Emmanuel Abela fl-1993 f’Languedoc Roussillon filwaqt illi f’Bari Malta rebhet medalja talfidda fil-maratona permezz ta’ Carol Galea u dik tal-bronz mit-tim tal-bocci. Lahhar successi ghal Malta fil-Loghob tal-Mediterran waslu bil-medalji tal-bronz u fidda mirbuha fid-double trap minn William Chetcuti fl-Almeria fl-2005 u f’Pescara fl-2009.

Il-Kontingent Malti se jkun immexxi mix-chef de Mission, Dr.Lucienne Attard bilPresident tal-KOM, Julian Pace Bonello u s-Segretarju Generali Joseph Cassar bhala ufficjali ewlenin tal-KOM.

Il-Kontingent kollu Malti huwa maghmul minn Milos Stanisavljevic, fisjoterapista,Charles Camenzuli, Direttur tal-Media kif wkoll:

Rebecca Camilleri (atletika) flimkien mal-kowc taghha Jifko Jetjev

David Farrugia u Stefan Farrugia (bocci)

Adam Vella (lotta) u l-kowc Abraham Vassllo

Brian Galea, William Chetcuti, Nathan Lee Xuereb u Eleonor Bezzina (sparar)flimkien mal-kowc Jimmy Bugeja.

Andrew Chetcuti (ghawm)

Rodmar Pulis (weightlifting) flimkien mal-kowc Jesmond Caruana





Leave a comment