Logħob Tal-MAFA Pospost Minħabba L-Maltemp

Wednesday, November 23, 2016, 18:44

Gavin Muscat

Il-logħbiet li kellhom jintlagħbu s-Sibt illi għadda mill-Kampjonat tal-MAFA kellhom jiġu posposti wara maltempata qawwija illi ħakmet il-gżejjer Maltin.

L-ewwel logħba li kienet skedata li tintlagħab fil-programm ta’ tliet logħbiet, dik bejn Santa Lucia Falcons u Fleur de Lys CFK kellha tiġi abbandunata fil-15-il minuta hekk kif il-Falcons kienu 1-0 minn fuq b’goal ta’ Diego Bossers.

Madankollu l-ground ta’ Santa Lucia ma felaħx għall-ilmijiet illi niżlu u għalhekk ir-referee ta’ dan il-konfront, wara spezzjoni tal-ground iddeċieda li jipposponi l-logħba għal data li għad trid titħabbar.

Posposta wkoll il-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa dik bejn Marsa St Michael u Valletta St Paul’s kif ukoll il-logħba bejn Qormi Hotpurs u Senglea Gunners.

Bil-logħob illi ma ntlagħabx matul tmiem il-ġimgħa, jekk nagħtu ħarsa lejn dak li qed jiġri s’issa f’dan il-Kampjonat magħmul minn disa’ timijiet, wieħed jista’ jieħu idea illi Marsa St Michael u Valletta St Paul’s għandhom ikunu fost il-protagonisti prinċipali għar-rebħ ta’ dan il-kampjonat.

Dawn tal-aħħar għandhom rekord perfett hekk kif rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu, b’Marsa l-ewwel pero’ b’logħba aktar mill-istess Beltin.

Dawn tal-aħħar għandhom l-aqwa attakk bi tmintax –il gowl skorjat.

Il-Marsin u l-Beltin għandhom ukoll ir-rekord tal-aqwa difiżi hekk kif qalgħu biss żewġ goals filwaqt illi fuq in-naħa l-oħra, Valletta Stars huma l-iktar team illi qala’ goals, għoxrin b’kollox.

Minkejja kollox, sorpriża pożittiva ta’ dan il-kampjonat huma Santa Lucia Falcons illi fl-ewwel staġun tagħhom fil-MAFA diġà kisbu tliet rebħiet minn erba’ logħbiet u jinsabu waħedhom fit-tielet post tal-klassifika.

Mqabba Albions kellhom s’issa kellhom bilanċ assolut f’dan l-istaġun hekk kif rebħu tnejn u tilfu fi tnejn oħra.

Interessanti l-fatt illi hemm erba’ timijiet b’erba’ punti b’Senglea Gunners, Tal-Qroqq Versity, Fleur de Lys CFK u Qormi Hotspurs.

Bir-rebħa li kisbu Valletta Stars fl-aħħar konfront tagħhom, in-naħa t’isfel tal-klassifika se tiżvolġi f’waħda ferm interessanti.

Tmiem il-ġimgħa li ġej se josserva waqfa mill-Kampjonat minħabba il-bidu tal-Christmas Cup, tournament ferm prestiġġjuż fil-kalendarju tal-MAFA.

Dan huwa l-programm ta’ logħbiet illi ser ikollna nhar is-Sibt illi ġej fil-ground ta’ Santa Lucia.

2.00pm – Preliminary Round
Valletta Stars vs Tal-Qroqq University

3.30pm  Quarter Final 1
Valletta St.Pauls vs Marsa St.Michael

5.00pm  Quarter Final 2
Mqabba Albions vs Sta Lucia Falcons





Leave a comment