Logħba ta’ play-off ġewwa l-Italja għal uffiċjal lokali

Monday, January 7, 2019, 18:46

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo din il-ġimgħa se jmur ġewwa l-Italja biex nhar l-Erbgħa 9 ta’ Jannar huwa jikkontrolla il-partita mill-ewwel round tal-playoffs mill-FIBA Euro Cup femminili li se tintlagħab gewwa l-Pala Talierco f’Venezja bejn il-leaders preżenti fil-kampjonat Taljan Reyer Venezia u t-tim Franċiż ta’ Basket Landes.

L-ewwel partita fis-serje tal-playoffs fuq żewġ partiti intlagħbet fi Franza l-ġimgħa li għaddiet u hawn Venezja qalbu r-riżultat fl-aħħar minuti biex se jieħdu vantaġġ ta’ 73-69 għall-partita ta’ ritorn.

Bħala uffiċjali oħra għal din il-logħba, minbarra Vassallo li hu r-referi prinċipali, se jkun hemm l-koppja mit-Turkija, Erkan Semlek u Mehmet Sahin.





Leave a comment