Logħba ta’ kwalifikazzjoni ghat-Tazza tad-Dinja għal referee lokali

Thursday, November 9, 2017, 19:59

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo fi tmiem din il-ġimgħa se jmur Manchester biex nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru huwa jikkontrolla il-partita nternazzjonali  femminili  valida minn Grupp D tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja bejn il-Gran Brittanja u Izrael ġewwa l-Belle Vue Sports Arena.

Din hija l-ewwel ġurnata mill-fazi ta’ kwalifikazzjoni fejn fl-Ewropa hemm tmien gruppi b’erba’ pajjizi f’kull grupp. Fl-istess grupp tal-Gran Brittanja u Izrael hemm il-Greċja u l-Portugall.

Bħala uffiċjali oħra għal din il-logħba, minbarra Vassallo, se jkun hemm Konstantin Simonow (Germany) u Rune Larssen (Denmark).





Leave a comment