Logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni Euro 2017 għal referee lokali

Friday, September 9, 2016, 22:58

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallose jirritorna fl-azzjoni fl-Ewropa wara li rċieva nominazzjoni oħra minn FIBA Europe għal din il-ġimgħa.

Fil-fatt Vassallo se jmur il-Lussemburgu biex, nhar is-Sibt 10 ta’ Settembru, huwa jikkontrolla l-partita minn Grupp Ġ valida għal kwalifikazzjoni għal EuroBasket 2017 maskili li se tintlagħab ġewwa ic-Centre National Sportif bejn Lussemburgu u Maċedonja.

Dawn iz-zewġ pajjiżi, li magħhom hemm ukoll l-Ungerija u r-Renju Unit fl-istess grupp ta’ kwalifikazzjoni, diġa ltaqgħu l-ġimgħa li għaddiet ġewwa l-belt kapitali Maċedona, Skopje, fejn il-Maċedonja kellhom jitħabtu biex joħorġu rebbieħa 89-75.

Bħala uffiċjali għal din il-logħba, Vassallo, li hu r-referee prinċipali, se jkollu miegħu lil Joseph Bissang (Franza) u Zdenko Tomasovic (Slovakkja).





Leave a comment