Logħba importanti għal Birkirkara fl-Ungerija

Friday, June 27, 2014, 10:29

minn Andre’ Xuereb

Fit-3 ta’ Lulju , fid-DVTK Stadium ta’ Miskolk , Birkirkara jaffrontaw lit-tim Hungeriz  Diósgyőr FC,it-tim imexxi minn Tomislav Sivic huwa tim modest ħafna li l-aħħar li pparteċipa f’kompetizzjonijiet Ewropej kien fit-Tazza Intertoto fl-1998 , fejn fl-ewwel round kien affronta lit-tim Malti Sliema Wanderers FC jew wara l-kwalifikazzjoni mir-round ġie eliminat mit-tim Tork Altay Izmir FC.

Birkirkara FC fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf akkwistaw tliet barranin ġodda , l-goalkeeper spanjol Adrian Sanchez u l-Braziljani Eliandro u Rafael Ledesma u l-player Malti Edmund Agius mingħand Valletta FC filwaqt li zammew is-servizzi tal-barranin Alejandro Mendoza,Matheus Bissi u Nikola Vukanac.





Leave a comment