Logħba ġewwa Spanja għal Bernard Vassallo

Sunday, February 12, 2017, 20:09

Gavin Muscat

Matul din l-ewwel ir-referee internazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jkun impenjat fl-ambitu Ewropew b’partita ġewwa Spanja, it-tnax il-partita tieghu fit-tazzi varji Ewropej dan l-istaġun.

Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 8 ta’ Frar, Vassallo se jkun impenjat ġewwa l-Pabellon Wurzburg ta’ Salamanca fil-konfront validu ta’ tnax-il ġurnata tal-FIBA Euro League Grupp B bejn it-tim ospitu ta’ Salamanca u c-champions Ungerizi ta’ Sopron.

Fil-partita ta’ l-ewwel round, milgħuba ġewwa l-Ungerija, Sopron kienu ħarġu rebbieħa 77-68.

Bħalissa Salamanca jinsabu t-tielet u Sopron l-ħames fil-grupp kompost minn tmien timijiet fejn erbgħa jgħaddu għal play-offs.

It-tim ta’ uffiċjali għal din il-partita, minbarra Vassallo, hu kompost minn Paolo Marques (Portugall) u Paul Unsworth (Ingilterra).

Bernard Vassallo





Leave a comment