Loghba football b’differenza

Thursday, April 3, 2014, 10:56

 Logħba futbol b’differenza seħħet nhar il-Ħamis, 27 ta’ Marzu, hekk kif atleti, nies magħrufa fil-qasam politiku, u persuni b’abilitajiet differenti lkoll ltaqgħu fil-grawnd tal-iskola San Benedittu f’Ħal Kirkop.

Ħareġ messaġ ċar: l-isport huwa għal kulħadd.

Fost dawk li lagħbu spalla ma’ spalla ma’ persuni b’abilitajiet differenti, kien hemm l-atleti William Chetcuti, Nathan Lee Xuereb, Daniel Zahra, Dermot Galea, Carmel Busuttil, Pierre Brincat u John Buttiġieġ, fost l-oħrajn.

Permezz tal-logħba, ħareġ ċar kemm l-isport kapaċi joffri żvog, divertiment u opportunità għal kull tip ta’ persuna, irrelevanti mill-ħiliet fiżiċi u mentali.

Ħareġ ukoll li meta persuni b’abilitajiet differenti jingħataw l-opportunità u jiġu inklużi f’attivjitajiet b’mod ugwali, dawn kapaċi jikkontribwixxu, jiddevertu u jipparteċipaw daqs ħaddieħor.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo sostna li s-soċjetà Maltija għandha attivitajiet sportivi bħal din bħala mudell, fejn wieħed jgħin lill-ieħor f’sens ta’ għaqda, sabiex jinkiseb il-ġid komuni.





Leave a comment