- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Logħba fil-Ġermanja għal referi lokali

Posted By Sportinmalta On December 22, 2015 @ 10:53 pm In Basketball,Featured | No Comments

Gavin Muscat

Matul din il-ġimgħa, ir-referi nternazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jkun impenjat f’partita ewropeja tal-klabbs

Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru, Vassallo se jmur il-Ġermanja fejn se jkun involut fil-partita valida minn Grupp E tal-FIBA Euro Cup li se tintlagħab fil-Gabor Halle ġewwa Wasserburg bejn TSV Wasserburg u l-Ungeriżi Pecs.

Vassallo kien ferm attiv fl-aħħar ġimgħat b’sitt partiti rispettivi ewropej, inkluż żewġ partiti ta’ timijiet nazzjonali mill-kwalifikazzjoni għal EuroBasket 2017 il-ġimgħa li għaddiet. Bħala uffiċjali għall-partita ta’ din il-ġimgħa, minbarra Vassallo li hu r-referi prinċipali, se jkun hemm Kate Webb (Ingilterra) u Jamin Biscevic (Bosnja).

Bernard Vassallo


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/loghba-fil-germanja-ghal-referi-lokali/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.