Logħba fi Franza għal Bernard Vassallo

Sunday, January 8, 2017, 17:26

Gavin Muscat

Matul din l-ewwel ġimgħa tas-sena l-ġdida ir-referee internazzjonali tal-basketball Bernard Vassallo se jerġa jkun impenjat, wara l-waqfa għall-festi tal-Milied, fl-ambitu Ewropew b’partita ġewwa Franza.

Fil-fatt, nhar l-Erbgħa 4 ta’ Jannar, Vassallo se jkun impenjat ġewwa l-Prado Palais des Sports fil-konfront validu mis-seba’ ġurnata minn Grupp B tal-FIBA Euro League bejn it-tim ospitu Franċiż ta’ Bourges u Hatay Antakya mit-Turkija.

Din hija l-aħħar ġurnata mill-ewwel rownd ta’ logħob u ż-żewġ naħat preżentament qegħdin jaqsmu r-raba’ post fi Grupp B magħmul minn tmien timijiet. Il-fażi tal-gruppi hija magħmula minn żewġ rownds ta’ partiti.

It-tim ta’ uffiċjali għal din il-partita, minbarra Vassallo, hu kompost minn Alex Olaru (Rumanija) u Rob Hickman (Ingilterra).

Bernard Vassallo





Leave a comment