Liverpool FC Academy training camp 2011 ġewwa Malta

Tuesday, November 1, 2011, 13:23

“F’isem il-Youth Nursery ta’ Qormi FC, ghandna pjacir nilqghu fostna grupp ta’ Coaches mill-Akademija tal-Football tal-Liverpool FC  taht  it-tmexxija tal-Head Coach, David Ridler, li se jmexxu ’Training Camp’  ghal tfal bejn il-5 u l-14 il sena. Dan se jkun il-bidu  ta’  rapport sod ma’ wahda mill-aqwa akademji tal-football u li, fl-opinjoni tieghi,  se jkun investiment ta’ profit ghas-settur taz-zaghzagh taghna,” hekk qal ic-Chairmnan tal-Youth Nursury ta’ Hal-Qormi meta fetah konferenza stampa, illum wara nofs in-nhar f’lukanda fil-Qawra.

Hu kompla  li dan kollu sar possibbli permezz tal-ko-ordinazzjoni bejn il-Liverpool Supporters Club Malta u l-Qormi FC Youth Nursery. Grazzi wkoll ghal-President tal-Liverpool FC Supporters Club Malta, Charles Farrugia li ghamel il-kuntatti kollha.    Din se tkun esperjenza unika li t-tfal se jibqghu jiftakru u li t-tahrig taht Coaches ta’ dan il-livell se jiswilhom mhux ftit.

Wara tkellem is-Segretarju General tal-Liverpool Supporters Club (Malta), James Vella, li ntroduca lill-Head Coach tal-Liverpool International School, David Ridler u 6 Coaches l-ohra li se jmexxu t-training camp fl-1, 2 3 ta’ Novembru, fil-Qormi Youth Nursery u fil-5 ta’ Novembru, f’Ghawdex.  Hu semma li minn din l-iskola hargu hafna players ta’ fama bhal Robbie Fowler, Michael Owen, Jamie Garragher u Steven Gerard.  Minn sena l’hawn, din l-akademja fasslet programm li jkompli jesponi u jxerred  ir-reputazzjoni tal-klabb ta’ Liverpool mal-hames kontinenti u bi shubija mal-pajjizi rispettivi tipprovdi tahrig specjalizzat ta’ livell gholi.  Mhux  it-tfal kollha tigihom  din l-esperjenza  u ghal dawk Maltin din se tkun holma li saret realta’.

Is-Sur Vella spicca biex qal li, bil-kollaborazzjoni ta’ Liverpool FC, Liverpool Supporters Club Malta u Qormi FC Youth Nursery, se jinghazlu zewg zghazagh, li juru l-kwalitahjiet taghhom minn fost l-ohrajn, li jitilghu Liverpool biex  jiehdu sehem f’sezzjonijiet ta’ tahrig fl-Akademja tal-Liverpool, f’Kirby.

Il-Head Coach, David Ridler qal li dan it-training camp se jitmexxa fuq atmosfera ta’ gost u pjacir, bla ebda element ta’ kompetizzjoni. It-tahrig se jkun ta’ esperjenza gdida ghat-tfal li se jiupparticipaw f’aspett ta’ coaching kif jigi attwat f’Liverpool.

Mas-7 Coaches minn Liverpool, se jkun hemm jassistuhom il-coaches tan-Nursery ta Qormi FC immexxija mid-Direttur Tekniku, Stephen Azzopardi, il-Kunsulent Tekniku, Steve D’amato u l-Head Coach, Edward Micallef.





Leave a comment