Triestina Calcio jirbħu t-tournament triangolari

Thursday, December 30, 2010, 21:40

minn Catherine Micallef.

Il-Ħamis 30 ta’  Diċembru , tmiem is-sena 2010, fl-istadium nazzjonali kien ifisser tournament triangolari bejn it-tim tas-serie B Triestina Calcio u ż-żewġ timijet mill-Kampjonat Premier Valletta FC u Qormi FC.

Intlagħbu 3 partiti ta’  45 minuta ‘l waħda bl-ewwel waħda tkun bejn Valletta u Qormi, liema partita spiċċat f’riżultat ta’ 2 -1 għal Qormi FC. Il-goals ġew skurjati wara n-nofs siegħa logħob. L-ewwel goal ġie skurjat minn George Chircop fil-35 minuta u ftit sekondi wara Costa Bjedov għamilhom 2-0 għal Qormi FC. Valletta FC irnexxielhom isibu x-xibka fl-45 minuta permezz ta’  goal li ġie skurjat bir-ras minn Jonathan Caruana.

It-tieni partita kienet dik bejn Qormi FC u Triestina Calcio fejn għal Triestina rajna d-debutt tal-player Malti Andrei Agius. Il-coach Stephen Azzopardi iddeċieda li jibdel il-formazzjoni tal-ewwel ħdax u fil-fatt beda din il-partita b’dawn il-players: Keith Fenech, Costa Bjedov, Joseph Farrugia  u George Mallia. Il-goals ġew skurjati minn Rocco D’Aiello fis-16-il minuta u t-tieni goal wasal man-nofs siegħa logħob minn Luigi-Andrea Della-Rocca.

It-tielet partita rat lil Valletta FC jikkonfrontaw lil Triestina. Għal din il-partita, ż-żewġ coaches għamlu bidla totali fl-ewwel ħdax tat-tim tagħhom. Jesmond Zerafa għażel li din id-darba jibda bil-goalkeeper Andrew Hogg, Roderick Briffa, Steve Borg, Ian Zammit u Terrence Scerri. Il-coach ta’  Triestina Calcio għażel li jibda bil-players li ma bdewx fil-konfront ta’  qabel dan, għajr għal Luigi Andrea Della Rocca. L-aħħar konfront spiċċa b’riżultat ta’ draw – dak  ta’ 0-0.

Dan it-tournament kien possibli grazzi għall-Ministeru taż-Żgħażagħ u Sport, Powerade, Mellieħa Bay Hotel u Triestina Soccer School Malta.

Riżultati:

Qormi FC vs Valletta FC – 2-1

Triestina vs Qormi FC – 2-0

Valletta FC vs Triestina – 0-0

Line Ups:

Valletta FC vs Qormi FC:  N.Vella, K. Magro, I. Azzopardi, R. Dos Santos, J. Caruana, E. Agius, G.Agius, J.Pace, R. Briffa, D. Dos Santos, J. Okonkwo.

Qormi FC vs Valletta FC:  M. Camilleri, J. Vandelanotte, S. Giglio, D.Zammit, C. Farrugia, J. Chetcuti, L. Sciberras, K. Ho Jung, G. Buttigieg, J. Gerada, I. Var Sani.

Triestina Calcio vs Qormi FC: R. Colombo, A.Agius, A. Longhi, R.Gissi, R. D’ Aiello, M. Malago, D. Bariti, A. Gerbo, L. Della Rocca, E. Marchi, E. Testini.

Qormi FC vs Triestina Calcio: M. Camilleri, J. Vandelanotte, S. Giglio, K. Fenech, C. Bjedov, J. Chetcuti, J. Farrugia, A. Bello Osagie, G. Mallia, K. Ho Jung, I. Var Sani.

Valletta FC vs Triestina Calcio: A. Hogg, R. Briffa, J. Caruana, S. Borg, I. Azzopardi, G. Agius, J. Pace, E. Agius, I. Zammit, D. Dos Santos, T. Scerri.

Triestina Calcio vs Valletta: S. Viotti, D. D’Ambrosio, R. Sabato, N. Primcivalli, R. Brosco, M. Cottafava, A. Filippo Antonelli, F. Lumardini, L. Della Rocca, D. Godeas, A. Gherardi.





Leave a comment