Liquigas Malta tisponsorja jott Malti promettenti

Thursday, October 23, 2014, 8:00

Liquigas Malta estendiet l-appoġġ tagħha u selfet isimha lil Liquigas Xplane, jott li ser jipparteċipa fit-tellieqa Rolex Middle Sea Race (RMSR), li tibda nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru 2014. Din it-tellieqa qed tikber fil-popolarità tagħha tant li din is-sena attirat rekord ta’ 123 jott minn ’l fuq minn 20 pajjiż differenti. It-tellieqa tkopri608 mil nawtiku u tibda mill-Port il-Kbir fil-belt Valletta.

Il-Kaptan ta’ Liquigas Xplane Sean Borg, qal: “Ħdimna u ppreparajna b’diliġenza tul dan l-aħħar xhur, u l-isponsorship ta’ Liquigas Malta jservi bħala motivazzjoni ulterjuri biex niksbu riżultat rispettabbli fl-ewwel parteċipazzjoni tagħna. It-taħriġ intensiv li għamilna għandu jservi ta’ għajnuna biex jgħinna ngħelbu l-isfidi li żġur ser niltaqgħu magħhom fosthom għadd ta’ ‘tidwiriet’ madwar Sqallija u taqlib tal-ajru.”

L-Operations Manager ta’ Liquigas Malta Jesmar Mifsud qal: “Peress li Malta hi ġżira, minn dejjem kellha rabta mal-ibburdjar u l-fatt li dan l-isport juża’ r-riħ bħala l-mezz prinċipali ta’ enerġija jagħmilha tranżizzjoni naturali għall-kumpannija bħal Liquigas Malta li kontinwament timpenja ruħha biex tnaqqas l-impatt tal-karbonju u tippromwovi alternattivi favur l-ambjent.”

It-tellieqa Rolex Middle Sea Race hi waħda b’ format offshore klassiku u meqjusa prestiġjuża daqs tlielaq bħal The Rolex Fastnet, The Rolex Sydney – Hobart u Newport-Bermuda. Kienu propju r-Royal Malta Yacht Club u r-Royal Ocean Racing Club li flimkien waqqfu r-RMSR fl-1968 u t-tiġrija ta’ din is-sena hi l-35 edizzjoni. Minbarra perjodu ta’ waqfien bejn l-1984 u l-1995, din it-tiġrija saret kull sena u tattira jotts minn madwar id-dinja. Fi snin riċenti, in-numru ta’ parteċipanti żdied b’mod sostanzjali b’riżultat dirett ta’ kumitat organizzattiv ġdid li rnexxielu jattira sponsors importanti u jgħolli l-livell internazzjonali tat-tellieqa.





Leave a comment