Lija-Mqabba tintemm fuq nota negattiva
Saturday, February 2, 2013, 19:42
Fl-Ewwel Divizjoni fil-Partita Lija-Mqabba , it-tieni penalty li ġie mogħti lil Lija Athletic lejn tmiem il-partita spiċċa qajjem pandimonju sħiħ.Il-Pulizija kellha tintervjeni hekk kif uffiċjali ta’ Mqabba ħarġu jipprotestaw fil-ground b’mod vivaċi. Meta l-iskor kien 1-1 ir-referee Sandro Spiteri ordna t-tieni penelty li ġie ttrasformat.
Dan l-inċident ġie ssenjalat u rraportat mir-referee fuq il-match report , bla ebda dubju mistennija
jitressqu akkużi ta’ dixxiplina fil-konfront taż-żewġ individwi u anka kontra l-club. Il-Pulizija ħadet
ukoll id-dettalji taż-żewġ uffiċjali ta’ Mqabba FC fuq talba tar-referee.
Il-filmati kollha ta’ din il-partita speċjalment tal-inċident ikkonċernat ser jintwerew għada l-Ħadd waqt Kontrattakk fuq TVM 2 fid-21:00
