Lig Nazzjonali tal-Karate Solidarjeta’ bl-Isports 2018

Wednesday, April 25, 2018, 11:26

Aktar minn 200 atleta bejn il-ħames u it-tmintax-il sena ħadu sehem fil-Lig Nazzjonali tal-Karate li sar fl-Iskola Nazzjonali tal-Isports, Pembroke nhar is-Sibt 21 u il-Ħadd 22 ta’ April 2018.

Permezz ta’ dan l-avveniment, il-Malta Karate Federation iffurmat parti mill-inizzjattiva Solidarjeta’ bl-Isports fejn donazzjonijiet inġabru u ingħataw lill-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

“Ir-rispett u l-inklussività jinsabu fil-qalba tal-filosofija tal-Malta Karate Federation fejn nipprattikaw dawn il-valuri permezz tal-isport tagħna.  Huwa wkoll ta’ unur għalina naraw lil Nick Mercieca jikber fl-isport tal-Karate minkejja il-limitazzjonijiet fiżiċi tiegħu.  Id-determinazzjoni tiegħu hija tassew ta’ eżempju.”  Dan kien il-messaġġ  tas-Sur Kenneth Abela, il-President tal-Malta Karate Federation.

L-Eċċellenza tagħha, is-Sinjura Colejro Preca inawgurat dan l-avveniment u indirizzat lill-pubbliku preżenti fiċ-ċerimonja tal-ftuħ.

Is-Sur Abela ikkonkluda billi rringrazzja lill-Maltese Olympic Committee kif ukoll lill-SportMalta għall-appoġġ kontinwu.





Leave a comment