Lejn it-tielet rawnd tal-Gozo Motocross Championship

Monday, December 9, 2019, 8:07

Il-Gozo Motorcross Association (GMA) se torganizza t-tielet rawnd mill-Gozo Motocross Championship 20 – fuelled by Enemed, nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2019. It-tlielaq jibdew fis-siegħa ta’ waranofsinhar.

Il-kompetizzjonijiet għaddejjin ġmielhom hekk kif is-sewwieqa kollha jagħmlu ħilitom biex minbarra li jippruvaw jispiċċaw fl-ewwel tlett postijiet fil-klassifika tal-ġurnata, jakkwistaw kenmm jista jkun punti li jressquhom aktar qrib ir-rebħ tal-kampjonat.

Filwaqt li l-GMA tilqa’ sewwieqa ġodda għal dan l-istaġun, tifraħ bil-parteċipazzjoni ta’ sewwieqa Maltin li jiġu biex jipparteċipaw f’dawn il-kompetizzjonijiet.

L-għaqda kontinwament tħeġġeġ aktar sewwieqa, speċjalment tfal u żgħażagħ addoloxxenti ħalli jiġu jippartiċipaw f’dan l-isport.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna ta’ facebook fuq - https://www.facebook.com/gmagozo/





Leave a comment