Lejn it-Tazza tad-Dinja

Monday, June 7, 2010, 13:27

Dan huwa l-aħħar Ħadd qabel tibda t-Tazza tad-Dinja u għalhekk tajjeb li niddedikaw dan l-artiklu għall-ikbar kompetizzjoni mondjali tal-futbol. Kompetizzjoni li se tkun storika, għaliex ser tiġi ċċelebrata għall-ewwel darba f’pajjiŻ Afrikan, l-Afrika t’Isfel. Snin ilu bla dubju din kienet tkun biss ħolma, iŻda Nelson Mandela u l-prinċipji sodi tiegħu rnexxielhom idawwru pajjiŻ, u forsi kien għalhekk li Sepp Blatter imbotta kemm felaħ biex l-Afrika t’Isfel tospita l-faŻi finali. Bla dubju ta’ xejn dan iġib miegħu ċerti riskji, li qed nisimgħu dwarhom u se nkomplu nisimgħu matul din il-ġimgħa. Bla dubju l-ikbar minn dawn, tkun dik ta’ sigurtà.

Huma ħafna t-theddid li l-organizzaturi rċevew matul l-aħħar jiem, però sew il-FIFA u anke l-Afrikani assiguraw li m’hemm l-ebda problema għall-plejers. Kollox se jkun tajjeb u nittamaw li din l-edizzjoni tibqa’ mfakkra għalhekk. Ser ikun hemm stennija għal dawk li huma grawnds, iktar u iktar għall-art tal-grawnd. Grawnds li minħabba li diġà ospitaw il-kampjonat mondjali pero tar-rugby il-preokkupazzjoni fuq l-art se tiŻdied. IŻda anke hawnhekk it-teknoloġija hija kbira u ninsab ċert li anke din il-problema se tissolva.

M’hemmx dubju li din hija Tazza tad-Dinja misħuta għal ħafna. Huma diversi l-plejers li se jitilfu din il-faŻi finali għax imweġġgħin. L-aktar friski fil-lista huma l-kaptin tal-Ingilterra Rio Ferdinand, li weġġa’ fl-ewwel sessjoni ta’ taħriġ li kellhom l-Ingilterra ġewwa Bafana Bafana. Ingilterra li diġà kienu milquta qabel meta weġġà David Beckham, plejer importanti ħafna ghal Fabio Capello, liema Capello din il-ġimgħa qal “le” għal Inter, biex ġedded il-kuntratt mal-Ingilterra. Ftit qabel, weġġa’ wkoll l-kaptin tal-Kosta tal-Ivorju Didier Drogba, li kiser idejh f’partita kontra l-Ìappun, u ftit li xejn nara li jista’ jirkupra. Injuries li jerġgħu jkunu fatali, bħalma kienu fatali d-deċiŻjonijiet ta’ ċerti kowċis, li ftit li xejn wieħed jista’ jifhem. Per eŻempju, kif tista’ tifhem dak li għamel Maradona, kowċ tal-Arġentina, li ma nafx minn isejjaħlu kowċ, li ħalla barra lid-duo ta’ Inter Javier Zanetti u Cambiasso, plejers deċiŻivi fir-rebħ tat-‘triple crown’ għal Inter. Kif tista’ tifhem lil Lippi li ħalla barra lil Antonio Cassano, plejer li kien ta’ ispirazzjoni kontinwa biex tim bħal Sampdoria jasal fiċ-Champions League. Kif wieħed jista’ jifhem lill-BraŻiljan Dunga li jħalli barra plejer bħal Pato, u sa ċertu punt anke lil Ronaldinho, b’dan tal-aħħar ikollu staġun tajjeb. DeċiŻjonijiet li ser iċaħħdu lilna milli naraw fost l-aħjar plejers mondjali, li diġà marru għall-vaganzi.

Meta titkellem dwar il-favoriti, wieħed isibha iktar diffiċli, iktar u iktar meta ma tantx jidher li hemm xi tim li jista’ jispikka fuq l-oħrajn. Bla dubju, Żgur li t-timijiet li tradizzjonalment imorru tajjeb ser ikunu hemm, b’mod partikolari l-Ìermanja, BraŻil u Arġentina, li għandhom kollettiv li jidher li ngrana, u plejers ta’ klassi bħal Kaka u Messi, li jistgħu jagħmlu d-differenza kull ħin. L-Italja hija kaxxa magħluqa. L-għaŻla ta’ Lippi ma kkonvinċietnix. Ħafna plejers dehru li ma kinux fil-forma fil-kampjonat u dawn ma ġewx magħŻula. Jekk il-plejers se jilgħabu fuq l-istess livell, ftit nara tama. Pero kif tafu, t-Taljani jistgħu jissorprendu, kif wara kollox għamlu fl-1982 u fl-2006. Imbagħad hemm timijiet li jisejħu ‘outsiders’ ta’ lussu. Fosthom hemm iċ-ċampjins tal-Ewropa Spanja, tim li l-aħħar wirjiet kienu dejjem tajbin, kellhom kwalifikazzjoni eċċellenti u għalhekk Żgur li din id-darba iktar minn qatt qabel, ser ikunu protagonisti. Hemm ukoll l-Ingilterra, t-tim li Fabio Capello rnexxielu finalment jagħmlu tim li jilgħab il-futbol. Tim milqut minn injuries, però bi plejers bħal Gerrard, Lampard u Rooney fost l-oħrajn kollox jista’ jiġri. Attenzjoni partikolari għall-Olanda. Ħadd ma semma lil dan it-tim, tim li iŻda qed jilgħab tajjeb, u magħmul minn plejers kbar, fosthom Robben u Sneijder li jinsabu fl-aqwa forma. Tim li jilgħab futbol totali eċċellenti u li Żgur ser ikun sorpriŻa poŻittiva. Negattiva sfortunatament għalija tista’ tkun it-Tazza tad-Dinja għal Franza. It-telfa kontra ċ-Ċina u dro kontra t-TuneŻija jkomplu jŻidu ma’ wirjiet iena li t-tim immexxi minn Domenech kellu fl-aħħar xhur. Ma ninsewx li Franza kkwalifikaw b’idejn Henry, u naħseb li hemm bŻonn għaxar idejn biex narawhom fl-aħħar faŻijiet tal-kompetizzjoni.

Però nistennew u naraw għax il-ballun tond u kollox jista’ jiġri. Nisperaw li dan ix-xahar ikollna spettaklu liema bħalu. J’Alla d-dinja kollha tingħaqad, u kif qal Nelson Mandela, simbolu tal-Afrika t’isfel, “il-futbol huwa lingwa inkredibbli għax għalkemm kulħadd jilgħab f’pajjiŻi u kontinenti differenti, l-lingwa hija waħda komuni u jifimha kulħadd.”

Nota finali. ONE Tv, l-istazzjon tagħna, huwa preparat għal din il-kompetizzjoni, bi programm speċjali Żona Dinjija li jien ser nippreŻenta kuljum bejn is-6:15pm u s-7:15pm. Programm varjat li se jara lilkom id-dilettanti, bħala protagonisti. Tkunu tafu iktar il-ġimgħa, 11 ta’ Ìunju meta flimkien ma’ Pamela Schembri u l-crew kollu ta’ ONE, jasal l-ewwel programm fid-dar tagħkom.





Leave a comment