Lejn il-logħbiet ta’ Kwalifikazzjoni għal Euro 2022 tal-handball f’pajjiżna

Thursday, January 3, 2019, 14:04

Kollox jinsab lest biex pajjiżna jospita l-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-European Handball Federation (EHF) għall-Kampjonati Ewropej tal-2022. Dawn il-logħbiet huma skedati għal bejn il-11 u t-13 ta’ Jannar fil-Cottonera Sports Complex f’Bormla. It-timijiet parteċipanti se jkunu Malta, il-Georgia l-Azerbaijan u Ċipru.

Dan se jkun l-aktar tournament tal-handball prestiġjuż li qatt ġie organizzat f’Malta, bil-logħbiet kollha se jkun qed jintlagħbu fuq art ġdida li eventwalment se tkun qed tiġa installata fuq court ġdid fl-iskola tas-Samra fil-Ħamrun.

Grazzi speċjali tmur lil SportMalta, il-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), Montekristo Estates, Phoenix Sports Club u Foto Factory by Jonathan Bugeja Photography għall-assistenza tagħhom. Id-dħul se jkun mingħajr ħlas.





Leave a comment