Lejn il-finali

Wednesday, April 21, 2010, 6:02

minn Colin Schembri

Nhar il-Hadd 25 ta’ April fil-padiljun nazzjonali tal-basketball f’Ta’ Qali se jibdew il-finali tal-kampjonati nazzjonali kemm tan-nisa kif ukoll ta’ l-irgiel li jwasslu ghar-rebh tal-kampjonati. Li huwa cert s’issa huwa biss li se jkollna finali li se jkunu differenti minn dawk tal-ahhar staguni.

Photo by Malcolm Sammut - www.msshots.webs.com

Fil-fatt fil-kampjonat tan-nisa se jkunu Luxol li se jisfidaw lil Hibs Medsea ghar-rebh tal-kampjonat. Luxol ilhom snin twal ma jkunu fil-finali fil-waqt li Hibs se jkunu qed iharsu lejn ir-rebh tal-hames titlu konsekuttiv li huwa rekord ghall-basketball Malti. Biex waslu s’hawn iz-zewg timijiet ghelbu lil Mc.Donalds Depiro fit-tieni round ta loghob tac-championship pool biex b’hekk Depiro tilfu l-post fil-finali wara diversi staguni. Il-mistoqsija ewlenija qabel din il-partita hi jekk Doreen Micallef wahda mill-pilastri tal-Pawlisti hix se tirkupra ghal din il-finali. Jekk ma tirkuprax, il-mistoqsija l-ohra tigi wahedha. Sa fejn se twassal is-sahha fizika tac-champions hekk kif huwa cert li Maria Desira se titlef dawn il-finali?

L-aqwa arma li ghandhom Hibs hija l-esperjenza ta players bhal Lucienne Bezzina, Alexis Darmanin, Joselle Cardona u ohrajn li rebhu diversi unuri bill-flokk ta Hibs. Luxol jibbazzaw il-loghba taghhom fuq il-heffa u fuq il-klassi indiskussa ta Steffi De Martino. Minkejja l-eta zaghzugha taghha, din il-player ghamlet differenza kbira fil-klan tal-vjola. Bhal ma ghamel ukoll Val Drury il-coach li min dan l-istagun inghata l-inkarigu li jmexxi lil dan it-team. Dan l-istagun kellna diversi partiti bejn dawn iz-zewg rivali. Anke l-unuri huma maqsumin tnejn bi tnejn. Hibs rebhu it-tazza Louis Borg u l-Bank of Valleta knock out u Luxol rebhu s-Super Cup u l-MBA Shield. Kollox jindika li se tkun finali mill-aqwa fejn uhud mill-aqwa players lokali se jkunu fuq iz-zewg nahat tal-court jissieltu sal-ahhar ballun.

Photo by Malcolm Sammut - www.msshots.webs.com

Anke l-finali tal-irgiel se tkun bejn zewg timijiet differenti minn tal-ahhar sentejn. Fil-waqt li Athleta zammew posthom fil-finali ghal darba ohra, wara sentejn jilghabuha kontra Bupa, se jergaw jiffacjaw lil Siggiewi Kent Boringer. Din mhix xi finali gdida hekk kif tlett staguni ilhu l-istess timijiet iltaqaw fil-finali u Athleta dak iz-zmien taht l-isem ta Sliema Wanderers hargu rebbieha. Anke hawn kollox gie deciz qabel l-ahhar partita. Bupa ghelbu lil Siggiewi li serrhu diversi players wara li kkwalifikaw il-Hadd ta qabel riedu rebha fl-ahhar konfront taghhom biex jibqaw jittamaw. Kontra Athleta Compleet IS huma sfurzaw il-hin barrani pero ma kienx bizzejjed ghalijhom bl-Athleta johorgu rebbieha u jaslu fill-finali.

Anke hawn mistennija finali mill-aqwa fejn iz-zewg timijiet se jkunu armati sa snienhom ghal xulxin. Diga rajna partiti mill-aqwa bejn Athleta u Siggiewi dan l-istagun u il-finali mistenijja li tkun l-istess. Ghas-Siggiewi hafna jorbot fuq Marco Matijevic il-player Serb li gej minn zewg staguni minn ma Luxol fejn rebah 9 tazzi minn 10 pero dan l-istagun kien milqut minn diversi injuries. Hemm players bhall Peter Shoults, Louis Camilleri, Lee Ross u ohrajn li ghadhom qeghdin jigru wara l-ewwel kampjonat fil-karriera taghhom.

Players bhal Adrian Micallef u Jide Jetson diga rebhu l-kampjonat ma timijiet ohra u din it-tahlita ta’ entuzjazmu ma’ esperjenza ghanda tiswa mitqlu deheb ghall-coach taghhom Peter Farrugia. Joe Galea, coach tal-Athleta jaf li jista jserrah hafna fuq il-klassi ta Michael Naudi. L-Athleta m’ghandhomx players li ghadhom qed ifittxu r-rebh tal-ewwel kampjonat taghhom bl-eccezzjoni ta Addison Bonnici. Athleta tilfu l-ahhar zewg finali tal-kampjonat u dan l-element ta’ rabja se jkun fatt li Galea ikun irid jikkontrolla.

Dawn il-partiti se jibdew il-Hadd 25 ta’ April f’Ta’ Qali mis-saghtejn u nofs il-quddiem. Nawguraw li jkollna finali mill-isbah milghuba fi spirtu sportiv u f’atmosfera mill-aqwa.





1 Comment

  1. We all hope that the standard of the referees will be of the same standard as that of both set of players.

    [Reply]

Leave a comment