- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Leif Lindberg immexxi Assistant Referees’ Workshop F’Malta

Posted By Sportinmalta On March 6, 2015 @ 4:57 pm In Football,Other | No Comments

Id-Dipartiment tar-Refereeing organizza Assistant Referees’ Workshop ta’ jumejn bejn l-10 u l-11 ta’ Frar 2015 gewwa l-kwartieri tieghu f’Ta’ Qali. Dan tmexxa mill-ispecjalista tal-assistenti referis Leif Lindberg mill-Izvezja, meghjun minn Philip Agius, l-ufficjal inkarigat mill-assistenti referis f’pajjizna.

Saru sessjonijiet teoretici u prattici dwar it-teknika kif assistent referi jzomm il-bandiera, kif jigri, kif jipprepara ruhu fizikament u kif izommu ruhu koncentrat. Leif Lindberg ghamel uzu minn ghadd ta’ video clips minn ghadd ta’ kampjonati barranin, filwaqt li Philip Agius mexxa sessjoni ta’ analizi ta’ sitwazzjonijiet minn partiti fil-Kampjonat Premier.

Fl-ewwel jum taz-zjara tieghu fid-9 ta’ Frar, Leif Lindberg ghamel ukoll prezentazzjoni lir-referis u l-assistenti referis mill-kategoriji kollha dwar il-koperazzjoni mehtiega bejn l-ufficjali tal-loghba waqt id-decizjonijiet mehuda. Ghal din il-laqgha gew mistiedna wkoll ir-referee observers.

Saret ukoll Konferenza Stampa, li matulha Leif Lindberg tkellem dwar il-mumenti sbieh tal-karriera tieghu, fosthom il-Finali tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Brazil u l-Germanja (2-0) fis-sena 2002 bhala assistent referi ta’ Pierluigi Collina u l-Finali tal-EURO 2000 bejn Franza u l-Italja (2-1) bhala assistent referi tal-kompatrijott tieghu Anders Frisk.

Mistoqsi mill-gurnalisti prezenti dwar l-impressjonijiet tieghu tar-refereeing f’pajjizna, Leif Lindberg stqarr li l-hidma tieghu fil-UEFA bhala Referee Observer u Assistant Referees’ Coach kienet diga taghtu impressjoni pozittiva tal-livell tal-ufficjali Maltin, imma issa ra b’ghajnejh ix-xoghol siewi li persuni bhal Adrian Casha u Philip Agius qeghdin jaghmlu sabiex minkejja c-cokon tal-pajjiz, Malta ghandha 4 referis internazzjonali rgiel, fosthom wiehed fl-Ewwel Kategorija tal-UEFA.

Fl-istess Konferenza Stampa, id-Direttur tar-Refereeing Adrian Casha tkellem dwar l-Assistant Referees’ Workshop bhala inizjattiva gdida ohra li taghmel parti mir-riforma tas-settur tar-refereeing f’pajjizna u kif minn zmien ghall-iehor l-MFA qieghda ggib fostna l-ahjar instructors tal-FIFA u l-UEFA sabiex teduka dejjem aktar lill-ufficjali Maltin. Min-naha tieghu Philip Agius fisser kemm l-assistent referi ghandu sehem importanti fit-tim tal-ufficjali li jikkontrollaw partita u r-rwol tieghu m’ghandux jitqies bhala wiehed sekondarju ghal dak tar-referi.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/leif-lindberg-immexxi-assistant-referees-workshop-fmalta/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.