LED Screen ġo l-Istadium Nazzjonali

Monday, June 13, 2011, 22:40

minn Sandro Micallef

Dan is-sit għandu nformazzjoni li l-MFA laħqet ftehim ma’ ditta taljana bl-isem TecnoVision li tispeċjaliżża f’LED Screens bl-aħjar teknoloġija li biha jista’ jsir anke reklamar waqt il-partita apparti li l-iscreen iservi ta’ Scoreboard aħjar minn dak li hemm installat bħalissa.

L-informazzjoni li għandna tgħid li dan l-iscreen il-ġdid diġa’ ġie ordnat u se jkun kbir  seba’ metri b’ ħames metri . L-MFA qed tippjana li fuq dan l-iscreen tipproġetta ripetizzjonijiet tal-goals, u avviżi oħra bħal reklami u annimazzjonijiet oħra.

Novita’ ġdida minn staġun ieħor tista’ tkun l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ biljetti elettroniċi bil-bar code reader li mistennija tnaqqas l-intervent uman fejn jirrigwardja staff u b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż.





2 Comments

  1. Paco says:

    yes,that is great Job,we are the supplier of that kind of display,which may reach up to brightness :9000nits
    ,my email is :ame08@szsinolight.com

    [Reply]

  2. (valletta) says:

    Tal-biljetti hija idea tajba hafna u rigward LED nahseb ha jkun ahjar minn dak il-monitor li gie mwahhal mil-Presidenza l-antika

    [Reply]

Leave a comment