Lautier u Galdes il-Qorti dalgħodu

Wednesday, October 27, 2010, 12:55

minn Sandro Micallef

Dalgħodu l-kummentatur sportiv Josef Galdes, ex Smash TV, u r-referee Chris Lautier iltaqgħu wiċċ imb’wiċċ hekk kif dehru quddiem il-Maġistrat Silvio Meli l-Qorti għall-ħabta tal-9.05am.

Ir-Referee Chris Lautier

Ir-Referee Chris Lautier

Iva qed taqraw sew…il-Qorti, dan għaliex ir-Referee Chris Lautier għamel libell lill-Josef Galdes fuq xi kummenti li kien għadda waqt kummentarju ta’ partita l-istaġun li għadda fejn kien inqalgħu xi incidenti fil-ground f’partita li kienu involuti Sliema u Qormi FC. F’dan il-konfront li kien ikkontrollat minn Lautier, ir-Referee kien keċċa minn fuq il-bank lil Mark Marlow wara li dan kien għaddielu kumment dispregjattiv li allegatament kien “Injorant”. Jidher li Galdes fil-kummentarju tiegħu kien sema’ lil Marlow jgħid din il-kelma u semmiegħha fil-konfront ta’ Lautier waqt il-kummentarju lejn l-aħħar tal-partita.

Josef Galdes

Josef Galdes

Jidher li l-Avukat ta’ Lautier ma ġiex fl-Awla u l-anqas ta’ Galdes u fuq mistoqsija tal-Maġistrat jekk Lautier kienx lest jibda jitkellem biex ilissen l-akkuża fil-konfront ta’ Galdes hu qal li mhux se jitkellem mingħajr l-assistenza ta l-Avukat tiegħu wara li kkonsulta mal-mara tiegħu li kienet miegħu fl-Awla.

Din mhiex l-ewwel darba li referees għamlu libell lill-ġurnalisti fejn niftakru li Alfred Micallef ex Referee tal-FIFA kien għamel libell lil John Busuttil u kien tilfu bl-ispejjeż b’kollox. Il-Każ kien ġara fl-1996 fuq artiklu fuq il-ġurnal in-Nazzjon li deher l-għada tal-Elezzjoni Ġenerali bit-titlu “Fredu jeħel ħamsin lira” .

Referees oħra li pprovaw idaħku u jiftħu ġwienħajhom u jagħmlu l-għarja bl-avukati kienu fost l-oħrajn Joe Attard (dan tal-aħħar għaddej proċeduri kriminali fuq korruzzjoni) liema referee kien kiteb permezz tal-Avukat Michael Falzon bl-iskop li jintimida l-ġurnalisti milli jibqgħu jaqdu dmirhom għaliex kienu jikkritikawh. Dan il-każ kien ġara lura fl-2001.





4 Comments

  1. roa says:

    u Dan galdes min mindu sar gurnalist ? mela ghax tmur fuq stazzjon u jghidulek ikkumenta lghoba issir gurnalist ?inkun qed nisma lilu jikumenta lghoba iqazizni 

    [Reply]

  2. DCT says:

    Jekk hemm xi hadd li huwa injorant huwa Galdes innifsu ghax kelma bhal dik qatt m’ghandu jghidha waqt li qieghed jikkummenta waqt loghba…Allura nghiduha kif inhi hawn referees injoranti kemm trid Malta ghax bhalissa hlief idahhqu l-kulhadd waqt il-loghob mhumiex jghamlu…….Fejna l-Fifa??? u ghamlulek sew li Smash Galdes tajjruk l’hemm hi……!! Good Luck Chris Lautier…Forza Greens

    [Reply]

  3. alessandro Grima says:

    Naqbel mieghek mija fil mija vfc

    [Reply]

  4. vfc says:

    Ma nafx x qed tipprova tghid bijha Sandro li r Referee qe jipprova jdahhaq ghax ghamel libell lil Galdes ghax jekk kien hawn xi hadd li ILU JDAHHAQ u jwaqqa an nejk il livell taghkom il gurnalisti huwa l istess Galdes,x tippretendi Sandro?li bicca gurnalist tal habbagozz jipprova jhammeg lil xi hadd u jibqa kollox ghaddej?

    [Reply]

Leave a comment