Lattes Jeħlisha bi Żbrixx

Monday, March 15, 2010, 14:04

Għal kull min attenda l-Hibs Ground nhar il-Ħadd li għadda nistgħu ngħidu li t- 8 Euro li ħallas ma ħallashomx għal xejn. Apparti l-goleata ta’ sitt gowls li għamlu Hamrun u d-disgħin minuta kombattuti li offriet il-partita bejn Floriana u Msida Saint Joseph, wieħed irid isemmi l-kummiedja li rajna hekk kif intemmu ż-żewg partiti bl-atturi prinċipali jkunu player ta’ Msida u membru fi ħdan il-kumitat tal-istess club.

Għall-partita kontra Floriana minbarra Tyrone Farrugia eskluż mill-iskwadra kien hemm l-attakkant Emiliano Lattes. L-Arġentin ma kienx sospiż u lanqas jidher li kien imweġġa` iżda jirriżulta li ma lagħabx bħala protesta lejn il-kumitat amministrattiv talli ilu ma jirċievi l-paga xhur sħaħ.

Dan jidher li qajjem ċertu anzjeta` fost il-partitarji Misidjani hekk kif is-Saints tilfu l-partita minn ħalqhom u li kieku kellhom ukoll lil Lattes fl-iskwdra kien ikollhom opportunita` akbar li ma joħorħux minn dan il-konfront b’idhom vojta.

Għaldaqstant, wara t-tisfira finali ta’ Chris Lautier, supporters Misidjani dehru ħerġin iddiżappuntati barra mill-grawnd iżda tispikka fosthom kien hemm il-membru tal-kumitat Ms. Rita Lovegrove li nfexxet tgħajjar lil Lattes talli huwa ma lagħabx.

Hekk kif kulħadd ħareġ fit-triq sabiex imur lejn daru, is-Sinjura Lovegrove issoktat bil-kummenti tagħha u l-player instema’ jgħajjat b’Ingliż imfarrak, “I maybe eat one meal per day, you eat three”.

Kien hawn fejn Rita ħadet ir-rankatura u telqet tiġri lejn dan il-player u ppruvat ixxejjirlu daqqa iżda l-player resaq lura bil-konsegwenza li l-membru tal-kumitat daret fil-vojt u spiċċat fl-art.

B’xorti tajba, il-pulizija ħadet azzjoni immedjata u kkalmat is-sitwazzjoni u l-folla li nġabret tara dan l-inċident.

Diriġenti, players u supporters Misidjani dehru jiskużaw u jikkunslaw lill-attakant Arġentin li sa dan il-ħin kien imbikkem.





2 Comments

  1. John Schembri says:

    Ghax l-MFA bla snien .. thalli kollox jghaddi ghax gejja l-Elezzjoni dalwaqt!

    [Reply]

  2. sam says:

    Ara vera pajjiz tal-mikimouse, KIf ma jirrapurtahomx lil MFA

    [Reply]

Leave a comment