Lattes għal-wied reġa! Pero issa Birkirkara FC

Thursday, July 15, 2010, 12:03

Lattes fl-azzjoni mal-ewwel tim tiegħu tal-wied, Msida SJ FC

Minn sorsi informati tajjeb, midħla tal-klabb ta Birkirkara FC, dalgħodu Emiliano Lattes intlemaħ ħdejn il-kazin ta’ Birkirkara FC biex jiffirma kuntratt. Is-saga tkompli għal dan il-plejer Argentin li beda dan l-istaġun il-ġdid jilgħab mas-Sliema Wanderers fil-Euro Cup u l-logħob tal-Europa League. Filfatt jekk jidħol ir-reġstrazzjoni ta dan il-plejer fl-uffiċju tal-MFA, hu ma jkunx jista jilgħab fic-Champions League anke jekk Birkirkara FC jikkwalifikaw minn fuq iz-Zilina FC. Biex jilgħab fic-Champions League Birkrikara FC iridu jilħqu il-fażi tal-gruppi.

Lattes deher li ikkonvinċa lil Marlow b’wirjjiet tajbin ħafna fl-Euro Cup tant li kien strumentali fir-rebħ tagħhom kontra Valletta FC u Birkirakara FC. Madanakollu Sliema Wanderers FC itterminawlu il-kuntratt.

Lattes li jilgħab mal-linja xellugija ser ikun qiegħed jikkompeti għal post regolari fit-tim ma Angus Buhagiar u Andrew Decesare li għadu kif iffirma ma Birkirkara fil-bidu ta dan l-istaġun. Intant huwa mifhum li Sylvano Comvalius mhux ser jiġi lura lejn Malta u mhux ser ikun parti mit-tim kontra Zilina l-ġimgħa d-dieħla.





Leave a comment