Laqgħa ta’ informazzjoni minn Cottonera Y.N.

Thursday, July 14, 2011, 10:08

Nhar il-Ħamis, 21 ta’ Lulju ser issir laqgħa, fis-7.00 ta’ filgħaxija, fil-Każin tal-Banda ‘La Vincitrice’, L-Isla, għall-plejers u ġenituri tat-tliet nurseries, dawk ta’ Senglea Nursery, Vittoriosa Stars Nursery u St.George’s Nursery u l-pubbliku.

F’din il-laqgħa, il-kumitat il-ġdid ta’ COTTONERA UNITED YOUTH NURSERY se jispjegaw ir-raġunijiet li wasslu lin-nurseries ta’ Bormla, l-Isla u l-Birgu, jingħaqdu flimkien u jilagħbu logħob kompettitiv taħt l-isem ta’ COTTONERA UNITED YOUTH NURSERY.

Il-kumitati tat-tliet nurseries, iħeġġu lill-plejers, ġenituri u dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-futbol fil-Kottonera, biex jattendu għal din il-laqgħa, biex b’hekk kulħadd ikun jaf x’se jiġri b’din l-għaqda u kif se titħaddem din l-għaqda.  Din il-laqgħa ser isservi wkoll biex jiġu iċċarati l-aspetti kollha ta’ din l-amalgamazzjoni.

 

 





Leave a comment