Laqgha Generali Annwali tal-futsal

Thursday, June 20, 2013, 14:54

Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju filgħaxija nħasset atmosfera pożittiva fis-sala taċ-Ċentinarju, f’Ta’ Qali, waqt it-tieni Laqgħa Ġenerali Annwali  tal-Futsal Malta Association(FMA).

Fetaħ din il-laqgħa l-President tal-FMA Donald Spiteri fejn wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-ewwel staġun bħala FMA.  Qal li twettaq dak li ġie mwiegħed sena ilu.  Sena ta’ ġid u li se tkun
mera għas-snin li ġejjin.  Tkellem ukoll fuq is-saħħa finanzjarja tal-assoċjazzjoni fejn kellha profit ta’ 18000 Ewro.  Il-Malta Football Association (MFA) temmen fl-FMA u għalhekk se jiġu allokati 15000 Ewro fis-sena għal 4 snin minflok 10000 Ewro sis-sena.
Spiteri kompla fuq ix-xogħol kbir li hemm xi jsir fi ħdan il-FMA u l-logħba tal-futsal f’Malta.
Nagħtu ħarsa ħafifa lejn din il-lista twila:
• Bdil fl-istatut u r-regoli,
• Tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni mal-ġurnalisti u dawk involuti fil-midja
• Il-websajt kellha numru kbir ta’ viżitaturi u allura għandha tibqa’ tkun dejjem aġġornata,
• Tentattiv ta’ struttura u bini awtomu,
• Ground indipendenti bil-linji għall-futsal biss,
• Standing commitees f’kull diviżjoni.
Fl-aħħarnett il-president Donald Spiteri reġa’ semma fuq il-ħafna xogħol li sar fuq il-fondi talFMA u l-għajnuna li tati l-MFA.  Il-progress kbir fil-futsal ma sarx biss mill-assoċjazzjoni  imma
fuq kollox mill-klabbs.
Kellna wkoll ir-riżenja tas-Segretarju Generali Alex Falzon fejn Manuel Fenech ġie approvat bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid għas-sentejn li ġejjin.
Fl-aħħar tal-laqgħa saret il-preżentazzjoni tal-aqwa skorers fid-diviżjonijiet kollha tal-kampjonat
futsal Malti.




Leave a comment