Laqgħa Dwar Il-Laws Of The Game Mal-Ġurnalisti Televiżivi Tal-Isports

Monday, August 29, 2016, 14:28

Note:This article has been published in both English and Maltese
Nota:Dan l-artiklu ġie miktub bl-Ingliż u bil-Malti

Gavin Muscat

Ir-Refereeing Centre tal-Malta FA reċentament organizza sessjoni ta’ tagħrif dwar l-emendi introdotti dan l-istaġun fil-Laws of the Game, miftuħa għall-ġurnalisti tal-isports tal-istazzjonijiet televiżivi.

Matul is-sessjoni, it-tibdiliet ewlenin ġew spjegati permezz ta’ dvd clips; saru mistoqsijiet u osservazzjonijiet interessanti minn dawk preżenti kemm dwar fil-Laws of the Game kif ukoll dwar materji relatati mar-refereeing.

Id-Direttur tar-Refereeing Kevin Azzopardi, li mexxa s-sessjoni flimkien mal-Assistant Direttur Andrè Arciola, qal li r-Refereeing Centre jirrikonoxxi l-Media bħala parteċipant ewlieni fid-dinja tal-football u rringrazzajhom għax-xogħol fejjiedi tagħhom. Ġie rikonoxxut li naturalment, wieħed mhux bilfors jaqbel dejjem mal-opinjonijiet kollha – iżda żgur li okkażżjonijiet bħal din is-sessjoni iservu biex isaħħu r-relazzjonijiet eżistenti bejn iż-żewġ partijiet.

————————————————————————————————————————————————————-

English

Laws Of The Game Briefing For Television Sports Journalists

The Malta FA Refereeing Centre recently organised a session related to the recent amendments to the Laws of the Game, open to all local TV sports journalists.

During the session, the main changes were reviewed by means of short dvd clips; it also included some very interesting questions and remarks put forward by those present both in relation to the Laws of the Game as well as to other issues related to refereeing.

Director of Refereeing Kevin Azzopardi, who led the session together with Assistant Director Andrè Arciola, stated that the Refereeing Centre acknowledged the Media as an important stakeholder in the world of football and thanked those present for their sterling work.  It was accepted that of course, one may not always necessarily agree with all that is opined – yet such occasions definitely continue to serve in strengthening the good relationship between both sides.





Leave a comment