- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

L-unur ta’ Diċembru jmur għand Maurizio Vella ta’ Floriana

Posted By Sportinmalta On January 4, 2018 @ 1:59 pm In Featured,Football | No Comments

Maurizio Vella ta’ Floriana FC huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru. Il-pass u l-aċċellerazzjoni tal-plejer tekniku li jilgħab fuq ix-xellug tal-grawnd kienu fattur ewlieni fir-rebħ minn Floriana tal-BOV Super Cup fit-13 ta’ Diċembru. Fit-tieni sena tiegħu mal-Greens, Floriana rebħu wkoll l-FA Trophy fl-istaġun li għadda.

Maurizio wassal għal eċċitament kbir fost il-partitarji ta’ Floriana hekk kif raw l-ewwel ċans tagħhom fil-Finali tal-BOV Super Cup meta Vella interċetta t-tqassima mil-lemin mingħand Juninho Cabral imma x-xutt tiegħu ntlaqa’ tajjeb mill-gowler tal-Hibs, Andrew Hogg.

Vella kien ukoll protagonist fit-telfa ta’ Floriana ta’ 2-0 kontra Birkirkara meta kien il-kaġun ta’ numru ta’ saves tajbin mill-gowler ta’ Birkirkara Schranz, b’Vella anke jolqot il-lasta l-mimduda u x-xutt tiegħu minn free-kick jgħaddi barra mill-wieqfa bi ftit pulzieri.

Alan Attard, il-Maniġer tal-Fergħa tal-Bank of Valletta fil-Furjana, ippreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru 2017 lil Vella. Il-plejer għażel lid-Dar tal-Providenza biex tibbenefika` mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/l-unur-ta-dicembru-jmur-ghand-maurizio-vella-ta-floriana/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.