L-U12s tan-nursery ta’ Sliema Wanderers f’Leicestershire

Monday, July 11, 2011, 16:04

minn Cristian Muscat

It-tim tan-nursery ta’ Sliema Wanderers ta’ taħt it-12- il sena għadu kif irritorna minn ġimgħa esperjenza ta’ futbol u tour edukazzjonali ġewwa Leicestershire fl-Ingilterra. Flimkien mal-ġenituri tagħhom, membri tal-kumitat u l-head kowċ Claude Chetcuti, it-tfal esperjenzaw sessjonijiet ta’ taħriġ taħt il-gwida ta’ Owen Johnson mit-tim ta’ Leicester City kif ukoll erba’ logħbiet ta’ taħriġ kontra Allexton FC, Syston FC, Alyeston Park FC u Leicester City Development Squad.

Huma pparteċipaw ukoll fid-Diamond Cup Tournament fejn waslu sal-kwarti-finali. It-tim kien kompost minn Glenn Camilleri, Jake Bajada, Luke Anthony Borg, Jackson lee Catania, Mark Desira, Omar Eluoni, Miguel Mifsud, Zack Mifsud, Nathan Montebello, Gary Muscat, Matthew Pulis u Edward Gatt. Tajjeb ngħidu li ngħatat attenzjoni speċjali lil dan it-tim mir-recruitment officer ta’ Leicester City Steve Gregory.





Leave a comment