L-Onor. Stefan Buontempo iheggeg biex iktar studenti jsegwu korsijiet fl-isport

Friday, June 28, 2013, 10:22

 Il-Gvern huwa kommess li jħeġġeġ aktar student jidħlu f’korsijiet tal-isport. Dan qalu s-Segretarju għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo waqt li attenda għall-premjazzjoni tal-istudenti ta’ korsijiet fl-isport li qed isir mill-Istitut għas-Servizzi fil-Komunità tal-MCAST.

Buontempo kompla jgħid li f’pajjiżna rridu mmorru pass ’il quddiem billi jkollna aktar persuni mħarrġa professjonalment biex nagħtu importanza mistħoqqa lill-isport li wara kollox jgħin f’saħħitna u anke jgħin fl-ekonomija.

Huwa kompla jgħid li jeħtieġ li jkollna qabża fil-kwalità fl-isport u għalhekk l-istudenti għandhom l-opportunità li jkunu dawk il-persuni li jkomplu jsaħħu l-isport f’pajjiżna.

Buontempo qal li l-Gvern qed jaħdem biex itejjeb il-faċilitajiet sportivi iżda jrid ikollna wkoll sportivi professjonali li jkunu qed jagħtu sehemhom fil-qasam tas-saħħa għaliex anke dan is-settur jista’ jkun pilastru fl-ekonomija tal-pajjiż.





Leave a comment