L-MFPA tixtieq li tkun affiljata fi ħdan l-MFA

Monday, July 4, 2011, 14:04

minn Cristian Muscat

L-Assoċċjazzjoni tal-Plejers tal-Futbol Malti, l-MFPA issottomettiet talba lill-mfa ghall-affiljazzjoni fi hdanha. Dan kien żvelat mill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo matul laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret nhar is-Sibt. Għalhekk l-MFPA mhux qiegħda tfittex biss rikonoxximent uffiċċjali iżda wkoll affiljazzjoni u għalhekk rappreżentazzjoni fi ħdan l-MFPA bl-istess mod kif inhum affiljati ir-referrees u l-kowċis lokali. L-assocċjazzjonijiet tal-kowċis kif ukoll tar-referees huma t-tnejn  rappreżentati minn żewġ membri għal kull assoċċjazzjoni fil-kunsill tal-MFA. Fost it-temi prinċipali li ġew imressqa l quddiem mill-assoccjazzjoni tal-llejers tal-furbol li gie imwaqqfa iktar kmieni matul din ispena bl-għajnuna tal-General Workers Union, hemm il-free transfer ta’ plejers fi tmiem il-kuntratt tagħhom, żieda fis-salarju kif ukoll assigurazzjoni medika.

L-MFPA diġa’ kellha taħdidiet ma’ uffiċċjali fi hdan l-MFPA u issa qed tittama li tiltaqa’ wkoll ma’ klabbs lokali. Il-kumitat tal-MFPA li ġie elett riċentament huwa kompost mill-President Dr Anthony Galea, is-Segretarju Cory Greenland, id-Deputat Segretarju Carlo Mamo kif ukoll mill-membri Dr Malcolm Licari, Alex Muscat, Konrad Sultana, Brian Said, Ivan Woods u mill-advisor Mario Debono.





Leave a comment