L-MFPA Awards fl-2018 fi tmiem staġun eċitanti

Tuesday, April 24, 2018, 13:28

L-MFPA Awards li saru fit-23 ta’ April 2018, ġew fit-tmiem ta’ staġun kalċistiku eċitanti u kompetittiv ħafna, li ra timijiet jissieltu biex jipprevalu kemm fil-quċċata, kif ukoll fin-naħa t’isfel tal-klassifika, fid-diviżjonijiet kollha. Sa ċertu punt dan kien anke rifless fir-riżultat tal-votazzjoni ta’ dawn l-awards. B’iktar minn 300 vot imqassam, ivverifikat u magħdud (għal tlett drabiet), ħafna unuri baqgħu missielta sal-aħħar nett, bir-rebbieħ f’numru ta’ unuri jgħaddi fl-ewwel post b’vantaġġ ta’ vot 1 jew 2 biss.

Iċ-ċerimonja nnifisha saret ġewwa x-Xara Lodge u attendew għaliha l-Onorevoli Clifton Grima, l-Onorevoli Ryan Callus, plejers, ex plejers, amministraturi sportivi u membri tal-istampa. Is-serata irnexxielha tiċċelebra l-futbol, preżent u passat, waqt li tenfasizza l-bżonn ta’ iktar xogħol u ambizzjonijiet ogħla.

Fid-diskors tiegħu is-Segretarju Ġenerali tal-MFPA, Carlo Mamo, tkellem dwar kwistjonijiet l-iktar inkwetanti u sostna l-fatt li l-MFPA qatt ma hi ser tkun osservant kritiku biss, imma ser tkun attivament qed taħdem biex tkun parti mis-soluzzjoni. Minħabba f’hekk, hu spjega, kif l-Assoċjazzjoni qiegħeda diġa`, u ser tkompli taħdem, fuq numru ta’ proġetti biex jitjieb il-livell tal-futbol u l-kundizzjonijeit tax-xogħol tal-membri tagħha.

Membru distint tas-serata kien is-Sur Roy Vermeer, rebbieħ tal-Merit Award għal kontribuzzjoni imprezzabbli tiegħu fl-avvanz tal-kundizzjonijiet tal-plejers f’Malta. Is-Sur Vermeer ħadem fil-FIFA u UEFA għal diversi snin u preżentement huwa d-Direttur Legali fi ħdan il-FIFPro.

L-iSpecial Award ingħata lill-aqwa ħdax il-plejer tal-ewwel ġenerazzjoni tal-futbol nazzjonali Malti. Leġġendi tal-futbol tal-passat bħal John Holland, Joe Cini, Louis Arpa u Willie Vassallo, fakkru lill-partitarji dwar l-istorja ta’ mħabba twila li pajjiżna għandu mal-logħba tal-futbol.

L-Unur ta’ Best Young Player tas-sena mar għand il-midfielder Jake Grech, l-istilla ta’ Birkirkara. Filwaqt li r-rebbieħ tal- MFPA Best Player tas- sena mar għand Andrew Cohen.

Iċ-ċerimonja ser tixxandar fuq TVM (4 May 2018 @ 20.30), ONE TV (5 May 2018 @ 20.40) u NET TV (8 May 2018 @20.45).

Din hi l-lista kompluta tar-rebbieħa:

Best Futsal Player: Maicon Silva

Best Female Player: Stephania Farrugia

Best First Division Player: Paul Chimezie

Best Referee: Alan Mario Sant

Best Coach: Paul Zammit

Best Young Goalkeeper: Jake Galea

Best Young Defender: Jean Borg

Best Young Midfielder: Jake Grech

Best Young Forward: Kyrian Nwoko

Best XI Goalkeeper: Henry Bonello

Best XI Right Back: Enmy Pena Beltre

Best XI Left Back: Joseph Zerafa

Best XI Central Defenders: Steve Borg & Enrico Pepe

Best XI Midfielders: Paul Fenech, Andrew Cohen & Mislav Andjelkovic

Best XI Forwards: Amadou Samb, Alex da Paixao Alves & Bojan Kaljevic

Special Award: Alfred Mizzi, Anton Camilleri, Edward Darmanin, Edwin Farrugia, John Holland, Louis Arpa, Eddie Theobald +, Willie Vassallo, Joe Cini, Ronnie Cocks +, Raymond Xuereb

Merit Award: Roy Vermeer

MFPA Best Young Player: Jake Grech

MFPA Best Player: Andrew Cohen





Leave a comment