L-MFA turi sobgħa għall-mewt tas-Sur Alfred Zahra

Tuesday, January 10, 2017, 21:38

Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Alfred Zahra, Assistent Segretarju ta’ Pieta’ Hotspurs FC, li ħalla din id-dinja, dalgħodu, fl-eta’ ta’ 74 sena.

Is-Sur Zahra kien bniedem maħbub minn kulħadd u ddedika ħafna minn ħajtu jgħin lill-klabb ta’ Pieta’ Hotspurs FC, b’mod speċjali lin-nursery tal-istess klabb. L-MFA tibqa’ tiftakar lis-Sur Zahra bħala persuna twajba li ħadem ħafna għall-ġid tal-futbol Malti.

Il-funeral tas-Sur Zahra sar is-Sibt 7 ta’ Jannar 2017, fil-Knisja ta’ Fatima, Gwardamangia, fid-9.30am.

L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Zahra.

Alfred Zahra





Leave a comment