“L-MFA tkompli tfittex it-triq tal-konfrontazzjoni” – One TV

Saturday, November 13, 2010, 17:40

Ftit sigħat wara lil-MFA ħarġet stqarrija biex tgħid il-verżjoni tagħha b’mod uffiċjali – http://www.sportinmalta.com/l-mfa-bil-verzjoni-taghha-dwar-il-kuntratt-moghti-lil-net-tv/ One Productions Limited ma qadux lura u mill-ewwel taw ir-reazzjoni tagħhom u ħarġu stqarrija wkoll biex jiġġustifikaw ir-raġunament tagħhom u sabiex il-pubbliku sportiv ikun sema’ il-verżjoni tal-istazzjon.

Din t’hawn taħt hija l-Istqarrija li ħarġu One Producions Limited fit-totalita’ tagħha mingħajr editjar:
OPL (One Productions Limited) tirreferi għal stqarrija li ħarget tard il-bieraħ wara nofs in-nhar iffirmata mis-Sur Joe Gauci, Segretarju Ġenerali tal-MFA.

L-istqarrija tal-MFA fil-forma ta’ “kjarifika” għal ragunijiet li tafhom biss l-MFA tgħawweg kompletament il-fatti ta’ kif ġraw in-negozjati li l-MFA għamlet fl-aħħar ġimghat mal-kumpaniji televiżi lokali. Liema negozjati sfaċċatament jiffavorixxu lil uħud, u jiddiskrimnaw ma’ oħrajn, fosthom, ma’ l-istazzjonijiet ONE.

Din hija s-sekwenza tal-fatti dokumentati kif ġraw:

1.                  Fil-31 ta’ Mejju 2010 skada l-kuntratt ta’ sentejn bejn l-MFA u OPL dwar drittijiet ta’ iffilmjar u xandir tal-Kampjonati tal-football Malti organizati mill-MFA. Dan il-kuntratt primarjament kien jistipula li ONE kellha dritt li tiġbed 180 sekondi (3 minuti) minn kull partita tal-kampjonat Malti biex wara, mhux b’mod dirett, ixxandarhom fl-aħbarijiet sportivi u programmi oħra li jixxandru fuq ONE. Dan il-kuntratt bejn l-MFA u OPL kien jiswa’ lill-Kumpanija ONE €10,000 fis-sena għall-istaġuni 2008 / 2009 u 2009 / 2010.
2.                  F’ittra datata 21 ta’ Lulju 2010 iffirmata mis-Segretarju Ġenerali tal-MFA is-Sur Joe Gauci tgħid hekk:

“Dear Mr. Micallef,

I wish to make reference to the agreement dated 2nd October 2008 regarding the coverage of MFA Football Matches in Broadcasting Media for seasons 2008 / 2009 and 2009 / 2010 and wish to remind you that the agreement has come to an end on the 31st May 2010.

In this regards, I wish to kindly ask you whether your Broadcasting Media (Radio & TV) are interested in entering into a new agreement with the Malta Football Association for seasons 2010 / 2011 and 2011 / 2012, keeping the same conditions.
Yours sincerely,
Joseph Gauci
General Secretary”

3.                  Fit-22 ta’ Settembru 2010 ssir laqgha fl-uffiċju taċ-Chairman ta’ OPL fil-Marsa bejn, fuq naħa u għall-MFA is-Sur Antoine Portelli (Teżorier) u f’isem ONE, is-Sur Jason Micallef (Chairman OPL), u s-Sur Ivan Vella (Sales, Marketing & PR). Il-laqgħa kienet fuq l-ittra tal-21 ta’ Lulju mibgħuta mis-Segretarju Ġenerali ta’ l-MFA u l-proposta ta’ l-MFA lil One biex iżomm l-istess kundizzjonijiet (keeping the same conditions) tal-kuntratt li kien skada fil-31 ta’ Mejju 2010.
4.                  F’din il-laqgħa ċ-Chairman ta’ ONE talab lit-teżorier ta’ l-MFA dwar il-possibilita’ li l-ħlas ta’ €10,000 fis-sena stipulati fil-kuntratt u li ONE tħallas lill-MFA għad-drittijiet biex ixxandar tlett minuti tal-partiti kollha tal-Kampjonat Malti jonqsu. It-Teżorier ta’ l-MFA wiegeb li “aħna m’aħniex interessati li tibqgħu tħallsu dan l-ammont imma li tirriklamaw iktar il-football Malti fuq l-istazzjonijiet Maltin billi xxandru aktar football mill-Kampjonat Malti”. Kien hawn fejn it-Teżorier tal-MFA ippropona lil ONE biex tibda tiġbed il-partiti kollha tal-Premier Malti u wara tgħaddihom fuq DVD’s lill-MFA biex hi tqassamhom lill-Clubs kollha tal-Premier. It-Teżorier ta’ l-MFA żied jgħid lil ONE li jekk ONE taċċetta kien ser ikollha d-dritt li ser ixxandar dawn il-partiti b’differita. Haġa li sa issa fil-kuntratt li ONE kellha ma’ l-MFA ma teżistix. Min-naħa ta’ l-MFA, fi kliem it-Teżorier, l-MFA kienet lesta tirrinunzja għall-ħlas ta’ €10,000 fil-kuntratt bejn l-MFA u OPL.
5.                  Fil-25 ta’ Settembru 2010 Ivan Vella (Sales & Marketing OPL) bagħat korrispondenza lit-Teżorier tal-MFA. F’din il-korrispondenza ONE kienet qed taċċetta t-talba tat-Teżorier f’isem l-MFA. Inkluż f’din il-korrispondenza kien hemm dettalji ta’ kif ONE kienet ser taħdem.
6.                  Fit-2 t’Ottubru t-Teżorier ta’ l-MFA jgħarraf lil ONE li l-MFA qieset inaċċettabli li biex tirrinunzja għal €10,000 u għaldaqstant talab lil ONE biex jiġi b’offerta aktar vantaġjuza (fairer offer).
7.                  Fis-7 ta’ Ottubru ONE tagħmel kontro-proposta għat-tiġdid tal-kuntratt u biex tilqa’ t-talba tat-Teżorier ta’ l-MFA, ONE kienet lesta tħallas lill-MFA €5,500 fis-sena.
8.                  Għal din il-kontro-proposta ta’ ONE, sal-lum l-MFA QATT ma wieġbet lura lil ONE.
9.                  Kien biss f’nofs din il-gimgha li b’sorpriza kbira tħabbar mill-MFA, kif dikjarat fl-istqarrija tagħh

a stess tal-bierah “fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi ta’ filming b’mod differit ta’ logħob tal-BOV Premier League, għal-liema servizz ser tħallas il-MFA”. Dan il-kuntratt l-MFA, mingħajr ebda sejħa għall-offerti, ddeċidiet li tgħaddih lil NET TV. Mhux biss, kif tixhed il-korrispondenza bejn ONE u l-MFA, ONE kienet lesta li tħallas lill-MFA għal dan is-servizz u mhux bil-kontra.
10.              ONE issostni l-fehma tagħha li l-MFA għal raġunijiet strambi għazlet li taqta’ barra u tiddiskrimina ma’ l-istazzjonijiet ONE. Dan għamlietu minn wara dahar stazzjonijiet lokali ohrajn fosthom Smash TV, li wkoll ikkonfermaw li l-MFA qatt ma’ avviċinathom biex huma jibdew jagħtu dan is-servizz lill-MFA minn dan l-istaġun.
Kien għalhekk li l-proċess ta’ l-għażla u kif l-MFA waslet għad-deċizjoni tagħha mhu xejn trasparenti u jqajjem dubji serji ta’ mottivi ulterjuri. ONE filwaqt li tibqa’ disposta li tiltaqa’ ma’ l-MFA, ħaga li s’issa l-MFA naqset milli tagħmel, ittenni li sakemm din id-diskriminazzjoni kontra l-istazzjonijiet ONE mill-MFA tispiċċa, l-istazzjonijiet ONE mhux qed ixandru l-partiti u r-rappurtaġġ tal-football Malti u / jew attivitajiet oħrajn organizzati mill-MFA.
Fl-ahharnett, ONE qed tippublika l-korrispondenza kollha li ghaddiet bejn ONE u l-MFA inkluż il-kuntratt inkwistjoni.

ONE Productions Ltd.
Marsa

Documents released by One Productions Limited Part 1

Documents released by One Productions Limited Part 2

Documents released by One Productions Limited Part 3

Documents released by One Productions Limited Part 4





11 Comments

  1. Anthony Arpa says:

    Ghallura jien qed nifem sew li f’Ottubru tan 1988….meta One ha dan il kuntratt kienet saret sejha lit TV stations kollha? u l-offerta tal Super one kienet intazlet ghax kienet l-aktar wahda vantagjuza ?….

    [Reply]

  2. Mario Farrugia says:

    Ivan Vella if I am not mistaken never hid behind his roles. He resigned from marketing at MFA and now he is at ONE. My dear friend Trasnperency comes. We outvoted the old administration for that, and now we want a better new one

    [Reply]

    Nick Gatt Coleiro Reply:

    Ivan Vella changed his full time job from MFA to One but he still holds a role within the MFA and he shouldn’t be involving himself between One and MFA. That’s all i’m saying. This is not an attack on any person but more on the position.

    [Reply]

  3. Riefnu says:

    And who is Joe Gauci NICK ????????????????????????????????????????????????

    [Reply]

    Nick Gatt Coleiro Reply:

    You tell me. I have no idea. All I know is that he’s employed with the MFA. Is he employed with Media.Link too?

    [Reply]

    John Cassar Reply:

    Joe Gauci is MFA General Secretary

    [Reply]

    Nick Gatt Coleiro Reply:

    I know he is. I want to know why “Riefnu” is asking me who is Joe Gauci….

  4. Nick Gatt says:

    There is a huge conflict of interest here that nobody is mentioning. One Productions Head of Sales, Marketing & PR is Mr. Ivan Vella, who also happens to be the MFA National Team Manager. This is one huge conflict of interest and somebody has an agenda to cover this part. I leave it for your readers to judge.

    [Reply]

    Joe Pace Reply:

    Nick Gatt Coleiro can you tell us your agenda? You are a journalist for Replay (Net TV) so presumably you can tell us the other political side of the story right?

    [Reply]

    Nick Gatt Coleiro Reply:

    Joe Pace, I can confirm that i’m not a journalist of replay as you stated and never have been. I live abroad and was asked if I wished to contribute as a blogger on that website about any issue I want, with the freedom I want. There is a big difference between a journalist and blogger. I am just an observer in Football like you are most probably. Trust me, I just say things as they are, without any hidden agendas. So much so that I have the freedom to criticize the actual programme you mentioned if I wish to do so. I’m open to blogging for any other football programme website if i’m invited to do so but my opinion will still be the same. To have said everything, like I don’t agree that the Editor of the MFA Magazine is Manwel Gauci, who is also Sports Editor of Media.Link. Let’s not forget that in the past under Dr. Joe Mifsud, he had a journalist from One News (Rodney Vassallo) hosting his weekly programme on Smash Tv, MFA Magazine. Another conflict of interest. Then you had One Productions Chairman Mr. Jason Micallef allegedly campaigning for Dr. Joe Mifsud in the run up to the MFA Presidential Election. All these cases are wrong.

    [Reply]

    mark Reply:

    Jien nahseb kunflit ta interess , kiku il kuntatt inata il one mhux il stazzjon iehor !! issa jekk da huwa kunflitt ta interess ma nafx x naqbad nejt .

Leave a comment