L-MFA tikkundanna l-inċident fil-partita Mellieħa v Gudja Utd

Monday, March 26, 2012, 14:54

Il-Malta Football Association, flimkien mal-Malta Football Referees Association, jikkundannaw l-inċident li seħħ fi tmiem l-ewwel taqsima tal-konfront tal-lum 25 ta’ Marzu 2012 fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, bejn Mellieħa u Gudja United mill-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni. Fl-imsemmi partita, il-plejer ta’ Mellieħa, Tiago Loquete, attakka b’mod vjolenti lill-uffiċjal tal-logħba, Trustin Farrugia Cann, bil-konsegwenza li l-logħba ġiet abbandunata.

L-MFA u l-MFRA javżaw li mhux se jkun ittollerat l-ebda tip ta’ abbuż fiziku fuq l-uffiċjali tal-logħba u għaldaqstant kemm f’dan il-każ u kif ukoll f’kull sitwazzjoni fejn uffiċjali jiġu aggrediti, se jittieħdu l-passi dixxiplinari kollha fil-konfront tal-aggressuri biex issir ġustizzja.

L-MFA u l-membri kollha tagħha jqisu r-rispett bejn il-plejers, l-amministraturi, il-partitarji u l-uffiċjali tal-logħba bħala priorita’ u għalhekk kulħadd għandu jerfa’ r-responsabbiltà għal kull aġir irresponsabbli u li jmur kontra dan il-prinċipju mħaddan mill-familja kollha tal-futbol.

 

 

 

 

 

 





Leave a comment