L-MFA takkomoda lill-PLCSC
Thursday, September 8, 2011, 13:45Il-Malta Football Association, fuq talba tal-Premier League Standing Committee, jinfurmaw li sar tibdiel fil-ħin tal-partiti tal-BOV Premier League tas-Sibt 10 ta’ Settembru u l-Ħadd 11 ta’ Settembru 2011.
Il-partita tas-Sibt bejn Birkirkara u Hibernians se tibda fis-6.00pm waqt li l-partita bejn Valletta u Qormi se tibda fit-8.00pm minflok fil-ħin oriġinali tagħhom tal-5.00pm u s-7.00pm rispettivament. Dawn il-partiti se jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Il-partita tal-Ħadd bejn Tarxien Rainbows u Hamrun Spartans se tibda fis-6.00pm waqt li l-partita bejn Floriana u Sliema Wanderers se tibda fit-8.00pm minflok fil-ħin oriġinali tagħhom tal-5.00pm u s-7.00pm rispettivament. Dawn il-partiti jintlagħbu fil-Hibernians Stadium f’Kordin.









Arukaza, dawn x’hinijiet huma? Mela hasbu li se norqdu l-grawnd dawn?
[Reply]