L-MFA tagħmel avvanzi fis-sit elettroniku u tniehdi l-paġna tagħha fuq facebook

Monday, April 30, 2012, 16:59

minn Catherine Micallef

Kmieni waranofsinhar waqt konferenza stampa ndirizzata lill-media kif ukoll waqt il-laqgħa tal-Kunsill, l-MFA ħabbret li għamlet bidliet drastiċi u upgrades fis-sit tagħha www.mfa.com.mt kif ukoll niehdet il-facebook page tagħha Malta Football Association – 1900.  Preżenti għal din il-konferenza stampa ndirizzata mis-Sur Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv tal-Malta Football Association, kien hemm ukoll żewġ rappreżentanti minn Untangled Media Limited – Wesley Ellul, Development Director ta’ UML u Robert Grech, Sales Director tal-istess kumpanija.

Is-Sur Vassallo enfasizza l-fatt li l-MFA qed tagħmel minn kollox biex twassal l-aħjar informazzjoni lill-pubbliku u l-‘online outreach’ huwa l-mod li bih wieħed jilħaq lill-udjenza tiegħu permezz tat-teknoloġija.  Is-sit mfa.com.mt se jkun fih kontenut li jixbah ħafna lil web portal. Innovazzjoni għal dan is-sit se tkun il-‘fan zone’ fejn wieħed jista’ jirreġistra b’xejn u jirċievi informazzjoni utli għalih kif ukoll in-newletter u l-online store li se jagħti opportunita lis-supporters biex jixtru diversi affarijiet li jibqgħu rikordju tat-tim Nazzjonali Malti.

 

Vassallo tenna “L-MFA riesqa lejn id-direzzjoni li tbiddel l-operat tagħha, filfatt fil-futur qasir se tintroduci diversi applikazzjonijiet li jiffaliċitaw ix-xogħol tal-amministraturi tal-clubs, ix-xiri ta’ biljetti, eċċ…”

Saret ukoll referenza għas-social media u kemm din meta tintuża ħażin twassal għall-problemi varji u huwa importanti li s-suporters jkunu jafu jużaw l-etika meta jikkummentaw fuq dan il-mezz.

“Il-futbol hu tagħna lkoll u rridu ngwduh u niddefenduh flimkien”, spiċċa d-diskors tiegħu Vassallo.

 

Fl-aħħar tkellem is-Sur Norman Saliba, Head of Marketing tal-MFA fejn wera fid-dettall kif inhu mqassam is-sit www.mfa.com.mt u kif dan se jkun mezz kif il-pubbliku Malti jkun viċin iżjed tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol u wisq iktar viċin it-tim Nazzjonali, anki permezz tal-paġna fuq facebook – http://www.facebook.com/#!/pages/Malta-Football-Association-1900/206209869440454

 





Leave a comment