L-MFA se torganizza kors għal referees ġodda

Tuesday, October 23, 2018, 13:50

Iċ-Ċentru tar-Refereeing fi ħdan il-Malta Football Association se jorganizza kors għall-persuni li jaspiraw li jkunu referees.

Il-kors, li se jibda fil-5 ta’ Novembru, 2018, huwa miftuħ għal persuni li għalqu s-16-il sena.

Il-kors ta’ tliet ġimgħat jinkludi sessjonijiet ta’ teorija u ta’ prattika, u se jkun qed jiffoka fuq ir-regoli tal-logħba.

Żgħażagħ li huma interessati li jibdew karriera bħala referee tal-football huma mħeġġa japplikaw għal dan il-kors introduttorju.

Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jibgħat email fuq referees@mfa.com.mt jew billi jċempel fuq 23386260.

L-applikazzjoni tista’ titniżżel permezz ta’ din il-link:

https://www.mfa.com.mt/en/downloads/maindownloads/bycategory/9/name/asc/10/1/other.htm

Id-data tal-għeluq hija t-Tnejn, 29 ta’ Ottubru, 2018.





Leave a comment