L-MFA għadhom ma ssettjawx !!

Friday, November 5, 2010, 20:36

Ilni xi ftit ma nikteb artiklu personali fuq din il-website għaliex kont imħabbat kif tafu bil-preparazzjoni tal-programm Kontrattakk li issa qed jixxandar fuq TVM kull nhar ta’ Ħadd fl-21:45pm.

Norman Darmanin Demajo .... kellu jitkellem dwar ir-riformi tal-Kampjonat !!!

Norman Darmanin Demajo .... kellu jitkellem dwar ir-riformi tal-Kampjonat !!!

Kont imħabbat ukoll biex xogħol personali tiegħi ma’ Melita peress li qiegħed responsabbli wkoll minn dak kollu li qed jixxandar fuq l-istazzjon il-ġdid Malta Stars channel 614 fuq Melita fejn qed inxandru avvenimenti ta’ sport lokali kważi 24 siegħa kuljum. Insomma kont imħabbat ukoll bl-aġġornamenti regolari ta’ din il-website fejn minn jum għall-ieħor qedgħin intellgħu stejjer, stqarrijiet, riżultati u ħafna affarijiet oħra biex naġġornaw lilkom dwar dak kollu li qed jiġri fix-xena tal-iSport lokali.

Din il-ġimgħa l-MFA reġgħet għamlet waħda minn tagħha !! Mela kif taraw hawn isfel l-MFA sejħet Konferenza Stampa biex jittelgħu l-poloz tal-U*Bet FA Trophy. Sa hemm xejn tad-daħk, tad-daħk kien il-fatt li s-sejħa għall-iStampa kienet tgħid li l-President il-ġdid Norman Darmanin Demajo kien se jagħti dettalji dwar ir-riformi l-ġodda fil-kampjonat……. hekk kif kien hemm imniżżel fl-email li bgħatu Louis Micallef u Mark Attard fil-jiem ta’ qabel.

Se jinghata taghrif iehor minn Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, rigward ir-riformi fil-format tal-kampjonat u l-kompetizzjoni U*Bet FA Trophy.  

Taħsbu li ingħataw xi dettalji dwar il-format il-ġdid ?…..u żgur li le !! Tgħid insew ifakkru lill-President li kellu jitkellem ukoll dwar il-kampjonat jew l-assistenti tiegħu għamlu żball li ħarġu dan id-detall li l-Pres kellu jitkellem fuq il-Kampjonat li hu sponsorjat mill-BOV waqt Konferenza Stampa tal-Maltco Lotteries ?

Din diġa kienet it-tieni okażżjoni tal-amministrazzjoni l-ġdida li għamlet Gaffe (farsa) waqt Konferenza Stampa kemm ilhom l-amministraturi l-ġodda li daħlu għal dan l-inkarigu. L-ewwel Gaffe saret minn Antoine Portelli Teżorier u l-Assistent tiegħu Ivan Mizzi meta indirizzaw Konferenza Stampa dwar il-prezzijiet tal-biljetti l-ġodda fejn l-ewwel ingħata tagħrif mod u l-għada l-MFA ħarġet kjarifika biex tirrevedi d-dettall li ingħata dwar il-prezzijiet tat-tfal.

Intant hawn taħt qiegħed nibbublika it-tieni email li bgħatet l-MFA biex tfakkar fil-Konferenza Stampa fejn hemm reġa mniżżel li l-President Demajo kien se jagħti xi forma ta dettalji dwar ir-riformi fil-kampjonat.  
      

REMINDER
 
Louis Micallef Deputy General Secretary (Administration)
 
Malta Football Association
The National Stadium,
Ta’ Qali, ATD4000.
MaltaTel:          (356) 23386000
Fax:         (356) 23386900 
www.mfa.com.mt

From: Louis Micallef [mailto:louis.micallef@mfa.com.mt]
Sent: Il-Ħadd, 31 ta’ Ottubru 2010 09:32
Subject: Konferenza Stampa dwar il-U*Bet FA Trophy – Erbgha, 03.11.10
Importance: High 
 
30.10.10
 MEDIA RELEASE
 
Il-Malta Football Association, bil-kollaborazzjoni ta’ Maltco Lotteries Ltd, tavza li se ssir konferenza stampa nhar l-Erbgha, 3 ta’ Novembru 2010, fis-13.00 fis-Centenary Hall, f’Ta’ Qali.
 
Is-suggett tal-konferenza stampa se jkun it-tlugh tal-poloz tar-rawnd preliminari u l-ewwel rawnd tal-U*Bet FA Trophy.
 
Se jinghata taghrif iehor minn Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, rigward ir-riformi fil-format tal-kampjonat u l-kompetizzjoni U*Bet FA Trophy.  
 
 
Louis MicallefDeputy General Secretary (Administration)
 
Malta Football Association
The National Stadium,
Ta’ Qali, ATD4000.
MaltaTel:          (356) 23386000
Fax:         (356) 23386900 
www.mfa.com.mt

Saħħa lil kulħadd

Sandro





1 Comment

  1. ricky says:

    inti donnok andek ghall-mfa sandro !!!

    [Reply]

Leave a comment