L-MFA bi kjarifika u tgħid li l-affarijiet ma nftehmux sew !

Saturday, September 11, 2010, 15:30

minn Sandro Micallef.

Din ta’ hawn taħt hija l-kjarifika li bgħatet l-MFA wara l-Konferenza Stampa ndirizzata mit-Teżorier il-ġdid Antoine Portelli u li ġiet irraportata ġustament u korretament mill-media kollha inkluż dan is-sit permez tal-link:

http://www.sportinmalta.com/sitt-ewro-il-prezz-il-gdid-ghall-premier/

Mhux ġust u mhux aċċettabli l-MFA tibgħat stqarrija u tipprova tiskredita l-inteliġenza tal-ġurnalisti. Jien u sħabi l-ġurnalisti li konna preżenti rraportajna dak li intqal u allura mhux aċċettabli li l-MFA tikteb : “ Il-Malta Football Association tixtieq ticcara zewg punti li setghu ma nftehmux sew waqt il-konferenza stampa”

Nirrispondi personalment u mhiniex qed niġbor lil ebda ġurnalist fil-keffa miegħi u ngħid li mhux il-media u l-ġurnalisti ma fehmux sew iżda l-MFA u min ħareġ bis-sistema l-ġdida ma spjegax tajjeb u wassal informazzjoni mhux dettaljata. Antoine Portelli nnifsu qal hekk ”Jien meta mmur San Siro nara logħba u nixtri l-biljetti qatt ma jsaqsuni kemm għandhom żmien it-tfal u jekk il-prezz ta’ biljett ikun ta’ EUR50.00 inħallas dak il-prezz għat-tfal ukoll għax kul min jieħu seat biex ipoġġi jrid iħallas tiegħu” 

Intant b’rispett lejn l-MFA, u b’mod partikolari b’rispett lejn it-Teżorier Portelli li żgur ħadem u ħareġ b’din l-jnizjattiva għal ġid tal-Clubs u tal-Football Malti inġenerali qed nippublikaw il-kjarifika tal-MFA fit-totalita’ tagħha. Appell lill-MFA sabiex darb’oħra toqgħod attenta kif tagħmel il-kjarifiki għaliex kliem bħal ”tixtieq ticcara zewg punti li setghu ma nftehmux sew waqt il-konferenza stampa” nerġa’ ntenni li mhux aċċettabli.

Kjarifikazzjoni tal-MFA
 
Il-Malta Football Association tixtieq ticcara zewg punti li setghu ma nftehmux sew waqt il-konferenza stampa tal-bierah fir-rigward tal-prezzijiet il-godda tal-partiti tal-Kampjonat BOV Premier:
 
 Anzjani –
Fir-rigward tal-anzjani, il-prezz tad-dhul se jibqa’ ta’ 4euro, hekk kif jipprezentaw il-Karta Anzjan fit-ticket booth.  Tfal ta’ taht it-12-il sena Il-bdil fil-prezz tal-biljetti ma kienx jirrigwarda ghal dawk it-tfal ta’ taht it-12-il sena li ma kinux ihallsu mal-entratura biex  jattendu ghall-partiti tal-kampjonat BOV Premier. Ghaldaqstant, it-tfal ta’ taht it-12-il sena se jibqghu ezentati milli jhallsu u se jkollhom id-dhul taghhom b’xejn. 

L-MFA tixtieq tiskuza ruha f’kaz li din l-informazzjoni holqot xi tip ta’ inkonvenjent.





3 Comments

  1. belti says:

    u turn kienet sur antoine portelli ahna li nitilaw bil familji il ground mux kuntenti ax qedin tbedu il familji mil ground kenna fiducja ghamja fikhom ima malajr qed idawruna ir rotta

    [Reply]

  2. Antoine borg says:

    tista tfemuni kif l ewwel jajdu mod u l ada jajdu li qalu mod iehor …. Bdejna bit Tajjeb Antoine !

    [Reply]

  3. arnold says:

    l ewwel flop minn ammistrazzjoni li qed tagged

    [Reply]

Leave a comment