L-MFA b’faċilitajiet għall-media

Wednesday, April 6, 2011, 18:54

minn Cristian Muscat

Il-Media Boxes f' Ta' Qali qegħdin jiġu strutturati

Waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ fil-kamra għall-press conferences l-ġdida fl-Istadium Nazzjonali f’ Ta’ Qali inghatw dettalji rigward żviluppi li qed isiru mill-MFA biex il-media tkun tista’ taħdem b’ mod iktar effiċjenti. L-MFA dejjem irrikonoxxiet l-irwol importanti li l-media kellha matul il-medda tas-snin fil-fatt li tippromwovi l-futbol.

B’ effett ta’ dan ir-responsibbiltajiet tahhha li tipprovdi lill-media l-aqwa kumditajiet neċessarji dejjem inghataw ċertu importanza. Għal dan il-għan b’ għajnuna u assitenza mill-Uefa bħala parti mill-iskema Win in Europe li twaqqfet lejn l-aħħar tal-2009, l-Mfa li hija wahda mnn sitt assoċjazzjonijiet li bbenefikat minn din l-iskema, kompliet bil-pjanijiet taghha biex tibni media boxes addizzjonali kif ukoll kompliet bl-upgrading tal-media boxes eżistenti fl-istadium nazzjoanli.

Avvanzi ohra li saru li wkoll huma intiżi biex jiffacilitaw il-lgistika ghall-media kienu l-kostruzzjoni ta’ footbridge mill-parking area sal-vip area tal-istadium. L-Mfa se taghmel ukoll disponibbli kamra gdida ghall-konferenzi stampa ta’ wara l-loghbiet b’ faċilitajiet għall-press adekwati kif ukoll area mixed zone kif ukoll area ghall-flash interviews biex b’ hekk il-media tkun tista’ taħdem iktar b’ mod effiċjenti. Xoghlijiet fuq dan kollu huma ppjanati li jibdew f’ Ġunju li gej.

Xogħol ġdid fuq il-media boxes beda fl-aħħar tal-istaġun 2009-2010. Dan ikkonsistew fil-manifattura u fl-installazzjoni ta’ media boxes godda fit-truf tas-sezzjoni tal-media eżistenti kif ukoll it-twaqqigħ u r-refurbishment komplet tal-media boxes l-antiki. L-area ta’ dawn il-media boxes ġiet issa prattikament irduppjata. Dan kien intiż biex iservi spazju għall-iktar membri tal-press miktuba, bil-kapaċita’ totali issa jkun dak ta’ madwar 40 ġurnalista. Dawn ix-xogħlijiet kollha saru u għadhom qed isiru that is-supervizjoni tal-Perit Ludovico Micallef, li huwa l-Viċi-Prseident tal-MFA.





1 Comment

  1. julio says:

    Tajjeb hafna.Kien hemm bzonn li l-media jkolla post xieraq minn fejn tahdem.Il-media hija importanti fil-futbol daqs il-plejers ghax ma jistax ikollok prodott li ma jkollux pubblicita.Il-media dejjem kienet importanti ghalkemm kien hemm mumenti fejn ,hux dejjem kienet rispetata u ghad hemm gurnalisti ta stoffa li qatghu ghal kollox mill-futbol u hemm bzonn li naraw lura fil-grawnds.

    [Reply]

Leave a comment