l-Malta Pool Association se torganizza l-kampjonati Ewropej gewwa pajjizna

Monday, February 16, 2015, 12:04

Ghas-sitt darba l-Malta Pool Association giet fdata mill-European Eight Ball Pool Federation biex torganizza l-kampjonati Ewropej gewwa pajjizna.

 

F’ dawn il-kampjonati ser jiehdu sehem mhux anqas minn 400 player li bosta minnhom ser ikunu akkumpanjati mill-familjari taghhom. L-aqwa players Ewropej, li jinkludu diversi professjonisti, ser ikunu gewwa pajjizna.

 

Il-kampjonati ser jinkludu seba’ kategoriji li huma ta’ l-Irgiel A, Irgiel B, Irgiel C, Nisa, Zghazagh taht it-tminntax –il sena, Zghazagh taht it-tlieta u ghoxrin sena kif ukoll kategorija ghall-players aktar minn hamsin sena. Barra l-kampjonati tat-timijjiet fl-istess perjodu ser jintlaghbu l-kampjonati individwali Ewropej ghall-kategoriji ta’ l-Irgiel, Nisa, Zghazagh taht it-tminntax –il sena, Zghazagh taht it-tlieta u ghoxrin sena kif ukoll ghall kategorija ta’ players aktar minn hamsin sena

Il-ftuh tal-kampjonati ser issir nhar il-Hadd 15 ta’ Frar bic-cerimonja tal-ftuh tibda fil- 11 ta’ filghodu. Il-loghob tal-kampjonati jibda l-Hadd f’ nofs in-nhar u jibqa sejjer sal-Gimgha fejn jintlaghbu l-finali tal-kategoriji kollha. Il-prezentazzjoni ta’ l-unuri ser issir il-Gimgha 20 ta’ Frar.

 

Malta ser tkun rapprezentata minn seba timijiet, Irgiel A, Irgiel B, Irgiel C, Zghazagh taht it-tminntax –il sena, Zghazagh taht it-tlieta u ghoxrin sena kif ukoll zewg timijiet A u B fil-kategorija tat-timijiet ta’ players aktar minn hamsin sena.

Malta rebhet il-kampjonati ta’ l-Irgiel tliet darbiet fis- 2002, 2008 u 2013 filwaqt li rebhet il-kampjonati taz-zghazagh ta’ taht it-tminntax –il sena fl- 1999. Fil-kampjonati Ewropej tas-sena l-ohra Malta kellha hames timijiet fil-finali tal-kategoriji ta’ l-Irgiel A, Irgiel B, Irgiel C, Zghazagh ta’ taht it-tlieta u ghoxrin sena kif ukoll fil-kategorija tal-players ta’ aktar minn hamsin sena. Barra dan kellna liz-zghazugh Malti Scott Muscat li rnexxilu jasal sal-finali tal-kampjonati Ewropej Individwali taz-zghazagh ta’ taht it-tminntax – il sena. Ta’ min ifakkar ukoll li fil-kampjonati li saru f’ Malta fis-sena 2011 il-player Malti Clayton Attard gie nkurunat bhala ‘champion’ Ewropej tal-kategorija ta’ l-Irgiel.

 

Barra dawn il-rizultati glorjuzi l-assocjazzjoni kisbet rizultati prestigjuzi ohra fix-xena internazzjonali. Fis-sena 2006 Malta waslet sal-finali tal-kampjonati mondjali gewwa Blackpool, l-Ingilterra. Fis-sena 2011 Malta rebhet il-kampjonati mondjali taz-zghazagh ta’ taht il-wiehed u ghoxrin sena. Unur kbir iehor wasal minn Anton Cuschieri meta fis-sena 2013 rebah il-Grand Masters Tournament gewwa Blackpool li fih hadu sehem mhux anqas minn 458 player minn madward id-dinja bil-partecipazzjoni ta’ l-aqwa profesjonisti.





Leave a comment