L-Malta Horce Racing Awards fil-15 ta’ Frar

Saturday, February 9, 2013, 6:37

It-tieni edizzjoni tal-Malta HorseRacing Awards organiżżata mill-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mal-Malta Racing Club se tittella’ nhar il-Ġimgħa li ġej, 15 ta’ Frar, fil-lukanda Dolmen

Waqt konferenza tal-ahbarijiet ,Bernard Vassallo qal li wara s-suċċess li kisbu dawn l-awards is-sena li għaddiet il-KMS ħass li kellu jerġa jagħti l-appoġġ tiegħu lill-MRC biex jerġa jtella’ edizzjoni oħra ta’ dawn l-awards li tkompli tibni fuq dik tas-sena li għaddiet

Dr Matthew Brincat (Chairman Malta Racing club)żied jgħid li kieku ma kienx għall-għajnuna mogħtija mill-KMS kieku l-club tiegħu ma setax jidħol għal numru ta’ proġetti fl-aħħar snin. Fost dawn huwa elenka l-istallazzjoni ta’ tinda ġdida, l-importazzjoni ta’ ramel ta’ kwalita’ għall-użu tal-korsa u xogħol ta’ tisbiħ fil-kumpless tal-Marsa. Dwar l-awards Dr Brincat qal li issa dawn saru parti integrali mill-kalendarju tal-club u sena wara sena qiegħed jiżdiedu fil-popolarita’.

Kenneth Vella ,bħala chairman tal-kumitat organizzattiv irringrazzja lil dawk kollha li qegħdin jaghtu kontribut fl-organizzazzjoni ta’ din l-attivita’.

Is-serata se tixxandar fil-jiem ta’ wara fuq TVM2 u se tkun prezentata minn Sergio Mallia, preżentatur u ġurnalist tal-PBS .





Leave a comment