L-Istaġun Ikompli fit-13 ta’ Settembru

Thursday, August 8, 2013, 12:28

Il-Kunsill tal-Malta Racing Club jixtieq javża lis-sidien u l-ġerrejja kollha li bħalissa il-Korsa talMarsa tinsab magħluqa għat-taħriġ sabiex isirilha l-manutenzjoni tas-Sajf. Il-Korsa mistennija terġa tinfetaħ nhar it-Tnejn 19 t’Awissu u tkun tista tintuża għat-taħriġ f’dawn il-ħinijiet:

It-Tnejn – minn nofsinhar il-quddiem

It-Tlieta, L-Erbgħa u l-Ħamis – minn kmieni filgħodu sad-9:00 a.m. u minn nofsinhar sas-7:00 p.m.

Il-Ġimgħa – minn nofsinhar il-quddiem

Is-Sibt – minn kmieni filgħodu sad-9:30 a.m.

Il-Ħadd – minn kmieni filgħodu sat-8:00 a.m. u wara jkun hemm it-tluqijiet bil-karozza

Bejn id-9:00 a.m. u l-10:30 a.m. il-korsa tkun miftuħa għal żwiemel tal-galopp

It-tluqijiet bil-karozza tal-Ħadd filgħodu jerġgħu jibdew mill-Ħadd l-1 ta’ Settembru.

Importanti ħafna li kulħadd jirrispetta dawn il-ħinijiet sabiex jiġu evitati li jittieħdu passi dixxiplinarji. Sadanittant infakkru lis-sidien li l-korsa l-antika hija miftuħa għat-taħriġ ta’ kuljum.

Il-Kunsill jixtieq ukoll javża li l-istaġun tat-tiġrijiet ser jerġa jibda nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Settembru bil-kitba għal tiġrijiet normali tat-trott fuq distanza ta’ 2140m u galopp fuq distanza ta’ 1250m tittieħed il-ġimgħa ta’ qabel bħas-soltu.

Fil-programm li ġie ppreparat għal tiġrijiet sa’ l-aħħar tas-sena wieħed isib diversi kampjonati bħal Kampjonat tal-Ħarifa, il-Kampjonat sponsorjat mill-Assoċjazzjoni Franċiża tat-Trott u t-Tazza talPresident għal żwiemel tat-Trott kif ukoll il-Johnny Walker Cup u l-Coronation Cup għal żwiemel tal-galopp. F’Diċembru hemm ukoll ippjanat li jsir il-Festival Ekwestriju li tant kien suċċess meta sar fil-passat.





Leave a comment