L-Isquash f’pajjiżna

Monday, February 28, 2011, 15:22

minn Cristian Muscat
 
Fl-1986, grupp ta’ seba’ squash players waqqfu l-Isquash Rackets Association. Fl-2006 l-isem inbidel u sar Malta Squash. L-ewwel ċermen kien Gino Camilleri u warajh ġew Tony  Bezzina, Mario Giacchino u Liz Said.
 
Hemm erba’ klabbs affiljati ma Malta Squash, li huma l-Marsa Sports Club, Union Club, Living Well Health Club u Cynergi Health Club. F’Malta hemm hmistax il squash court imxerdin mal-gzira kollha u f’ Għawdex hemm tlita. Dawn il-klabbs jorganizzaw diversi turnaments matul is-sena kollha. Bhal issa hemm ghaddej tournament bejn il-klabbs kollha.
 
Malta Squash torganizza l-aktar tournament important tas-sena, li huwa l-Malta Open li fih jiehdu semm mhux biss l-aqwa plejers ta’ Malta iżda wkoll jiġu ħafna plejers minn barra minn Malta. Fl-istess żmien ikun hemm il-Junior Malta Open, li dawn l-aħħar snin sar popolari ħafna mat-tfal u żgħażagħ li jilgħabu l-isquash. Is-sena l-oħra ħadu sehem mhux anqas minn 25 tifel u tifla. Dan huwa fatt importanti ħafna għaliex dawn il-juniors huma l-futur tal-isquash.
 
Meta ssemmi l-juniors ma tistax ma ssemmix lil Colette Sultana li sena wara l-oħra tkompli bis-suċċessi tagħha. Is-sena l-oħra kienet in-numru għaxra fl-Ewropa, fil-kategorija tat-tfajliet ta’ taħt is-sittax-il sena. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu sejra tilgħab f’tournament fi Vienna u magħha sejra wkoll Kim Cauchi, żagħżugħa ta’ tnax il-sena li sejra tieħu parti għall-ewwel darba f’tournament barra minn Malta. Din it-tifla tidher li sejra timxi fil passi ta Colette, u nisperaw li jkun hemm tfal oħra li jieħdu l-eżempju tagħhom.
 
It-timijiet nazzjonali bħalissa qegħdin jipreparaw għal-logħob tal-pajjiżi żgħar li din is-sena sejrin isiru fl-Lichtenstein, f’Ġunju. Huma jittrenjaw kuljum u jħossu li għandhom chance kbir li jergaw jirbhu medali tad-deheb fid-diversi kategoriji bħalma kienu għamlu fl-2003 meta l-logħob kienu saru f’ Malta.
 
Mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti u il-Kunsill Malti ghall-Isport, dan kollu ma jkunx possibli għaliex bl-apogg tagħhom it-Timijiet Nazzjonali jistgħu jittrenjaw u jmorru għal training camps u turnaments barra minn Malta. Il-KMS jgħin ukoll biex  l-assċċjazzjoni tixtri l-equipment għall-juniors u għall-kowċing tat-tfal.





1 Comment

  1. Harry Garrett says:

    Biex inkun ezatt: Li Squash Rackets AssocIation twaqfet fid-9 ta’ Novembru 1983 meta inzamm l-ewwel GENERAL MEETIG fil-Marsa Sports Club. Dr Vanni Bruno inhatar l-ewwel Chairman, Sue Power l-ewwel secretarja onorarja,b’Harry Garrett l-ewwell Tezorier onorarju. Dawn flimkien ma membri ohra: Alfred Bonavia, Norbert Crockfor, Stuart Marsh, Patricia Tanti, Anne-Marie Zammit, Theresa Camilleri flimkien ma oswald Tanti kienu l-PIJONIERI ghat-twqaqqif tal-MALTA SQUASH RACKETS ASSOCIATION. Ma tul is-snin 1982-1986 sehhu hafna avvelimenti u grajjiet li qatt qabel ma gew organizzati. Dawn l-individwi imsemmija kienu l-pijonieri tal formazzjoni ta’ l-association.

    [Reply]

Leave a comment